Lid-direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.
58 Jekk tibqgħu siktin, kif tistgħu titkellmu dwar is-sewwa?+
Tistgħu intom tiġġudikaw b’mod rett, O wlied il-bnedmin?+
2 Le, imma minn qalbkom tipprattikaw inġustizzja sħiħa fl-art,+
U tħejju t-triq għall-vjolenza taʼ idejkom!+
3 In-nies mill-agħar kienu mħassrin sa mill-ġuf;+
Żvijaw minn mindu kienu fiż-żaqq;
Gideb jgħidu.+
4 Il-velenu tagħhom bħall-velenu tas-serp,+
Torox bħall-kobra li ssodd widnejha+
5 Biex ma tismax minn leħen is-sħaħar,+
Għalkemm xi ħadd tas-sengħa jagħmlilha magħmul.+
6 O Alla, tajrilhom snienhom minn ħalqhom.+
Kisser l-għadam tax-xedaq taʼ l-iljuni b’saħħithom, O Ġeħova.
7 Ħa jinħallu fl-ilmijiet li jgħaddu jiġru;+
Ħa jħejji l-qaws u l-vleġeġ tiegħu u huma jintelqu.+
8 Jimxu bħal bebbuxu li jdub;
Bħat-tarbija taʼ mara li tkorri m’humiex se jaraw ix-xemx.+
9 Qabel ma l-borom tagħkom iħossu s-sħana taʼ l-għollieqa taqbad,+
Hu se jtajjar kemm l-għollieqa ħadra u ħajja kif ukoll dik li qed tinħaraq, bħallikieku b’riħ taʼ tempesta.+
10 Il-ġust se jifraħ għax ikun ra l-vendetta.+
Saqajh se jaħsilhom f’demm il-bniedem mill-agħar.+
11 U l-bnedmin jgħidu:+ “Żgur li l-ġust se jieħu l-frott.+
Żgur li jeżisti Alla li qed jiġġudika l-art.”+