Salmi
Lid-direttur. “Tagħmilx ħerba.” Taʼ David. Miktam.* Meta ħarab minħabba Sawl, għal ġo l-għar.+
57 Ħenn għalija, O Alla, ħenn għalija,+
Għax fik stkennet ruħi;+
U fid-dell taʼ ġwinħajk nistkenn sakemm jgħaddi l-għawġ.+
2 Jien insejjaħ lil Alla l-Iktar Għoli, lill-Alla l-veru li jtemm l-għawġ tiegħi minħabba fija.+
3 Se jibgħat l-għajnuna mis-sema u jsalvani.+
Se jħawwad lil dak li qed jipprova jaħtafni f’ħalqu.+ Sela.
Alla se jibgħat il-qalb tajba bl-imħabba tiegħu u l-verità tiegħu.+
4 Ruħi qiegħda qalb l-iljuni;+
Ikolli nimtedd fost dawk li jridu jibilgħuni, iva, ulied il-bnedmin,
Li snienhom huma lanez u vleġeġ,+
U lsienhom sejf jaqtaʼ.+
6 Huma ħejjew xibka għal saqajja;+
Ruħi mtaqqla bin-niket.+
Ħaffruli ħofra quddiemi;
U waqgħu fiha huma stess.+ Sela.
8 Stenbaħ, O kulma hu glorjuż fija;+
Stenbaħ, O strument tal-korda; int ukoll, O arpa.+
Jien se nqajjem iż-żerniq.