Salmi
Lid-direttur. Fuq il-Ħamiema Silenzjuża fost dawk ’il bogħod. Taʼ David. Miktam.* Meta l-Filistin qabduh ġo Gat.+
56 Ħenn għalija, O Alla, għax il-bniedem mortali pprova jaħtafni f’ħalqu.+
Il-jum kollu jiġġilidli u jaħqarni.+
2 L-għedewwa tiegħi pprovaw jaħtfuni f’ħalqhom il-jum kollu.+
Hemm ħafna li qed jiġġilduli għax iħossuhom superjuri.+
3 Min-naħa tiegħi, dakinhar li nkun beżgħan, se nafda fik.+
4 Billi jien f’unjoni m’Alla, se nfaħħar kelmtu.+
F’Alla fdajt jien; m’iniex se nibżaʼ.+
X’jistaʼ jagħmilli l-bniedem tal-laħam?+
8 Int niżżilt bil-miktub li jien maħrub.+
Poġġi fi flixkun tal-ġild id-dmugħ tiegħi.+
M’huwiex dan fil-ktieb tiegħek?+
9 F’dak iż-żmien, l-għedewwa tiegħi jerġgħu lura, dakinhar li nsejjaħlek;+
Dan naf sew, li Alla hu favur tiegħi.+
10 Billi jien f’unjoni m’Alla,+ se nfaħħar kelmtu;
Billi jien f’unjoni maʼ Ġeħova, se nfaħħar kelmtu.+