Salmi
Dwar Salamun.
72 O Alla, għallem lis-sultan id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħek,+
U lil bin is-sultan is-sewwa tiegħek.+
2 Jalla jiddefendi l-kawża tal-poplu tiegħek bis-sewwa+
U tal-magħkusin tiegħek b’ġudizzju ġust.+
5 Huma jibqgħu jibżgħu minnek sakemm iddum ix-xemx,+
U sakemm ikun hemm qamar, minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+
10 Is-slaten taʼ Tarsis u tal-gżejjer+—
Se jġibu r-rigali.+
Is-slaten taʼ Xeba u taʼ Seba—
Se jġibu għotja.+
12 Għax hu se jeħles lill-fqir li jgħajjatlu għall-għajnuna,+
U lill-magħkus u lil kulmin m’għandux min jgħinu.+
15 Ħa jgħix,+ u ħa jingħatalu ftit mid-deheb taʼ Xeba.+
U ħa jitolbu għalih bla heda;
Ħa jkun imbierek il-jum kollu.+
16 Se jkun hemm ħafna qmuħ fuq l-art;+
Fuq il-qċaċet tal-muntanji jkun hemm iżżejjed.+
Il-ħsad tas-sultan ikun kbir daqs il-foresta tal-Libanu,+
U fil-bliet in-nies joktru bħall-ħaxix taʼ l-art.+
17 Ħa jibqaʼ ismu għal dejjem;+
Ħa jdum ismu sakemm iddum ix-xemx,
U permezz tas-sultan ħa jbierku lilhom infushom;+
Ħa jiddikjarawh hieni l-ġnus kollha.+