Eżodu
37 Besalel+ issa għamel l-Arka+ mill-injam taʼ l-akaċja. It-tul tagħha kien żewġ kubiti u nofs, u l-wisaʼ tagħha kubitu u nofs, u l-għoli tagħha kubitu u nofs.+ 2 Imbagħad ksieha b’deheb pur minn ġewwa u minn barra u għamlilha bordura tad-deheb dawramejt.+ 3 Imbagħad għamlilha erbaʼ ħolqiet mid-deheb imdewweb, biex jitpoġġew ’il fuq mill-erbaʼ saqajn tagħha, b’żewġ ħolqiet fuq ġenb wieħed u żewġ ħolqiet fuq il-ġenb l-ieħor tagħha.+ 4 Wara għamel lasti mill-injam taʼ l-akaċja u ksiehom bid-deheb.+ 5 Imbagħad għadda l-lasti minn ġol-ħoloq fuq il-ġnub taʼ l-Arka biex tinġarr l-Arka.+
6 U ssokta jagħmel l-għatu+ tad-deheb pur. It-tul tiegħu kien żewġ kubiti u nofs, u l-wisaʼ tiegħu kubitu u nofs.+ 7 Għamel ukoll żewġ kerubini tad-deheb. Għamilhom maħdumin bil-martell fuq iż-żewġt itruf taʼ l-għatu.+ 8 Kerubin wieħed kien fit-tarf taʼ lil hemm, u l-kerubin l-ieħor fit-tarf taʼ lil hawn. Il-kerubini għamilhom fuq l-għatu fuq iż-żewġt itruf tiegħu.+ 9 U l-kerubini kienu biż-żewġ ġwienaħ tagħhom miftuħin ’il fuq, jgħattu l-għatu bi ġwinħajhom,+ u kienu b’wiċċhom lejn xulxin. L-uċuħ tal-kerubini kienu jħarsu lejn l-għatu.+
10 U għamel il-mejda mill-injam taʼ l-akaċja.+ It-tul tagħha kien żewġ kubiti, u l-wisaʼ tagħha kubitu, u l-għoli tagħha kubitu u nofs.+ 11 Imbagħad ksieha b’deheb pur u għamlilha bordura tad-deheb dawramejt.+ 12 Imbagħad għamlilha xifer dawramejt il-wisaʼ taʼ id u għamel bordura tad-deheb għax-xifer tagħha dawramejt.+ 13 Barra minn hekk, għamlilha erbaʼ ħolqiet mid-deheb imdewweb u poġġa l-ħoloq fl-erbaʼ kantunieri fejn kien hemm l-erbaʼ saqajn.+ 14 Il-ħoloq kienu qrib ix-xifer, bħala appoġġ għal-lasti biex tinġarr il-mejda.+ 15 Imbagħad għamel lasti mill-injam taʼ l-akaċja u ksiehom bid-deheb biex tinġarr il-mejda.+ 16 Imbagħad mid-deheb pur+ għamel l-għodod li qegħdin fuq il-mejda, il-platti u l-kwies tagħha, l-iskutelli u l-buqari tagħha li bihom iferrgħu l-offerti tal-likwidi.
17 Imbagħad għamel il-gandlier+ tad-deheb pur. Il-gandlier ħadmu bil-martell. Minnu ħarġu l-ġnub, il-friegħi, il-fjuri, il-boċċi, u l-petali tiegħu.+ 18 U sitt fergħat kienu ħerġin mill-ġnub tiegħu, tliet fergħat tal-gandlier minn ġenb wieħed tiegħu u tliet fergħat tal-gandlier mill-ġenb l-ieħor tiegħu.+ 19 Tliet fjuriet forma taʼ fjura tal-lewż kienu fuq il-friegħi taʼ ġenb wieħed, bil-boċċi u l-petali bejniethom; u tliet fjuriet forma taʼ fjura tal-lewż kienu fuq il-friegħi tal-ġenb l-ieħor, bil-boċċi u l-petali bejniethom. Hekk kienu s-sitt fergħat li kienu ħerġin mill-gandlier.+ 20 U fuq il-gandlier kien hemm erbaʼ fjuriet forma taʼ fjura tal-lewż, bil-boċċi u l-petali tiegħu bejniethom.+ 21 U l-boċċa taħt żewġ fergħat kienet ħierġa minnu, u l-boċċa taħt żewġ fergħat oħra kienet ħierġa minnu, u l-boċċa taħt iż-żewġ fergħat l-oħra kienet ħierġa minnu, għas-sitt fergħat li kienu ħerġin mill-gandlier.+ 22 Il-boċċi tagħhom u l-friegħi tagħhom kienu ħerġin minnu. Kollox biċċa waħda maħdum bil-martell, u tad-deheb pur.+ 23 Imbagħad għamel is-sebaʼ msiebaħ tiegħu u l-imqassijiet tiegħu li jżommu l-ftila u r-reċipjenti għall-ftejjel maħruqin tiegħu tad-deheb pur.+ 24 B’talent deheb pur għamel lilu u l-għodod kollha tiegħu.
25 Imbagħad għamel l-artal taʼ l-inċens+ mill-injam taʼ l-akaċja.+ It-tul tiegħu kien kubitu, u l-wisaʼ tiegħu kubitu, għax kien kwadru, u l-għoli tiegħu kien żewġ kubiti. Il-qrun tiegħu kienu ħerġin minnu.+ 26 Imbagħad ksieh bid-deheb pur, il-wiċċ taʼ fuq tiegħu u l-ġnub tiegħu dawramejt u l-qrun tiegħu, u għamillu bordura tad-deheb dawramejt.+ 27 U għamillu żewġ ħolqiet tad-deheb ’l isfel mill-bordura tiegħu fuq tnejn mill-ġnub tiegħu, fuq żewġt iġnub tiegħu faċċata taʼ xulxin, bħala appoġġ għal-lasti biex iġorruh bihom.+ 28 Wara dan, għamel il-lasti mill-injam taʼ l-akaċja u ksiehom bid-deheb.+ 29 Għamel ukoll iż-żejt tad-dlik qaddis+ u l-inċens pur ifuħ,+ ix-xogħol taʼ wieħed li jagħmel l-ingwent.