Eżodu
40 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 2 “Fl-ewwel xahar,+ fl-ewwel tax-xahar, għandek twaqqaf it-tabernaklu, jiġifieri, it-tinda tal-laqgħa.+ 3 U poġġi l-arka tat-testimonjanza+ fih u agħmel il-purtiera+ biex b’hekk ħadd ma jkun jistaʼ jersaq lejn l-Arka. 4 U daħħal il-mejda+ u rranġa l-affarijiet taʼ fuqha bl-ordni, u daħħal il-gandlier+ u ixgħel l-imsiebaħ tiegħu.+ 5 U poġġi l-artal tad-deheb għall-inċens+ quddiem l-arka tat-testimonjanza u poġġi f’postha l-purtiera tad-daħla tat-tabernaklu.+
6 “U poġġi l-artal+ taʼ l-offerta tal-ħruq quddiem id-daħla tat-tabernaklu, jiġifieri, it-tinda tal-laqgħa, 7 u qiegħed il-vaska bejn it-tinda tal-laqgħa u l-artal u itfaʼ l-ilma fiha.+ 8 U agħmel il-bitħa+ dawramejt u dendel il-purtiera tad-daħla+ tal-bieb tal-bitħa. 9 U ħu ż-żejt tad-dlik+ u idlek it-tabernaklu u kulma fih,+ u qaddes lilu u l-għodod kollha tiegħu, u b’hekk isir xi ħaġa qaddisa. 10 U idlek l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq u l-għodod kollha tiegħu u qaddes l-artal,+ u b’hekk isir artal mill-iktar qaddis.+ 11 U idlek il-vaska u l-bażi tagħha u qaddisha.
12 “Imbagħad ħu lil Aron u lil uliedu ħdejn id-daħla tat-tinda tal-laqgħa u aħsilhom bl-ilma.+ 13 U lil Aron libbsu l-ilbies qaddis+ u idilku+ u qaddsu, u b’hekk jaqdi bħala qassis għalija. 14 Imbagħad ġib lil uliedu qrib u libbishom ilbiesi twal.+ 15 U idlikhom bħalma dlikt lil missierhom,+ u b’hekk jaqdu bħala qassisin għalija, u d-dlik tagħhom iservi kontinwament għalihom bħala saċerdozju għal żmien indefinit matul il-ġenerazzjonijiet tagħhom.”+
16 U Mosè għamel skond kulma kien ikkmandah Ġeħova.+ Għamel preċiż hekk.
17 Għaldaqstant ġara li fl-ewwel xahar, fit-tieni sena, fl-ewwel tax-xahar, twaqqaf it-tabernaklu.+ 18 Meta waqqaf it-tabernaklu, Mosè qiegħed il-pedestalli bl-ingast+ fl-art u poġġa t-twavel* tal-qafas f’posthom+ u daħħal it-traversi+ u waqqaf il-kolonni.+ 19 Imbagħad firex it-tinda+ għal fuq it-tabernaklu u fuqha qiegħed l-għata+ tat-tinda fuqnett, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.
20 Wara dan, ħa t-Testimonjanza+ u poġġieha fl-Arka+ u daħħal il-lasti+ taʼ l-Arka u poġġa l-għatu+ fuq l-Arka.+ 21 Imbagħad daħħal l-Arka fit-tabernaklu u poġġa l-purtiera+ li tifred f’postha, u b’hekk ħadd ma setaʼ jersaq lejn l-arka tat-testimonjanza,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.
22 Imbagħad poġġa l-mejda+ fit-tinda tal-laqgħa fuq in-naħa tat-tabernaklu lejn it-tramuntana ’l barra mill-purtiera, 23 u rranġa r-ringiela tal-ħobż+ fuqha quddiem Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.
24 Imbagħad qiegħed il-gandlier+ fit-tinda tal-laqgħa quddiem il-mejda, fuq in-naħa tat-tabernaklu lejn in-nofsinhar. 25 Imbagħad xegħel l-imsiebaħ+ quddiem Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.
26 U qiegħed l-artal tad-deheb+ fit-tinda tal-laqgħa quddiem il-purtiera, 27 biex jaħraq l-inċens ifuħ fuqu,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.
28 Fl-aħħar poġġa l-purtiera+ tad-daħla tat-tabernaklu f’postha.
29 U qiegħed l-artal+ taʼ l-offerta tal-ħruq fid-daħla tat-tabernaklu, jiġifieri, it-tinda tal-laqgħa, biex joffri fuqu l-offerta tal-ħruq+ u l-offerta tal-qmuħ, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.
30 Imbagħad qiegħed il-vaska bejn it-tinda tal-laqgħa u l-artal u tefaʼ l-ilma fiha għall-ħasil.+ 31 U Mosè, Aron, u wliedu ħaslu idejhom u saqajhom fiha. 32 Meta kienu jidħlu fit-tinda tal-laqgħa u meta kienu jersqu qrib l-artal kienu jinħaslu,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.
33 Fl-aħħar waqqaf il-bitħa+ dawramejt mat-tabernaklu u maʼ l-artal u dendel il-purtiera tad-daħla tal-bieb tal-bitħa.+
Għalhekk, Mosè temm ix-xogħol. 34 U s-sħaba+ bdiet tgħatti t-tinda tal-laqgħa, u l-glorja taʼ Ġeħova mliet it-tabernaklu. 35 U Mosè ma setax jidħol fit-tinda tal-laqgħa, għaliex is-sħaba+ qagħdet fuqha u l-glorja taʼ Ġeħova mliet it-tabernaklu.+
36 U meta s-sħaba kienet titlaʼ ’l fuq minn fuq it-tabernaklu, ulied Israel kienu jżarmaw il-kamp u jitilqu minn dak il-post matul il-partijiet kollha tal-vjaġġ tagħhom.+ 37 Madankollu, meta s-sħaba ma kinitx titlaʼ ’l fuq, ma kinux iżarmaw il-kamp sa dakinhar li kienet titlaʼ ’l fuq.+ 38 Għax is-sħaba taʼ Ġeħova kienet tkun fuq it-tabernaklu bi nhar, u nar kien jibqaʼ fuqu bil-lejl quddiem għajnejn id-dar kollha taʼ Israel matul il-partijiet kollha tal-vjaġġ tagħhom.+