L-Għanja taʼ Salamun
2 “Jien sempliċi fjur taż-żagħfran+ mill-pjanura tax-xatt,*+ ġilju tal-widien.”+
2 “Bħal ġilju qalb ix-xewk, hekk hi l-maħbuba tiegħi fost il-bniet.”+
3 “Bħal siġra tat-tuffieħ+ qalb is-siġar tal-foresta, hekk hu l-għażiż tiegħi fost il-ġuvintur.+ Ixxennaqt bil-ħrara għad-dell tiegħu, u hemmhekk qgħadt bil-qiegħda, u frottu togħomtu ħelu. 4 Hu daħħalni fid-dar taʼ l-inbid,+ u l-bandiera+ li firex fuqi kienet l-imħabba.+ 5 Agħtuni ċ-ċapep taż-żbib biex nerġaʼ nieħu saħħti,+ itimgħuni t-tuffieħ; għax jien marida bl-imħabba.+ 6 Idu x-xellugija taħt rasi; u idu l-leminija tħaddanni.+ 7 Ġegħeltkom taħilfu,+ O bniet taʼ Ġerusalemm, bl-għażżiela*+ jew biċ-ċerva+ tar-rabaʼ, li ma tipprovawx tqajmu jew tqanqlu fija l-imħabba qabel ma titqanqal waħedha.+
8 “Il-ħoss taʼ l-għażiż tiegħi!+ Ara! Ġej,+ tielaʼ fuq il-muntanji, jaqbeż fuq l-għoljiet. 9 L-għażiż tiegħi qisu għażżiela+ jew ferħ taʼ ċerv. Ara! Hu qiegħed wara l-ħajt tagħna, iħares fit-twieqi, jittawwal+ mill-gradi tat-twieqi.* 10 L-għażiż tiegħi wiġibni u qalli, ‘Qum, maħbuba tiegħi, sabiħa tiegħi,+ u ejja.+ 11 Għax ara! L-istaġun tax-xita+ għadda, ix-xita waqfet u telqet. 12 Deher iż-żahar fil-pajjiż,+ żmien iż-żbir tad-dwieli+ wasal, u f’pajjiżna nstemaʼ leħen il-gamiema.+ 13 U s-siġra tat-tin+ sajret it-tin bikri tagħha;+ u d-dwieli għandhom iż-żahar, u qed jarmu riħa tfuħ. Qum, O maħbuba tiegħi,+ sabiħa tiegħi, u ejja. 14 O ħamiema tiegħi+ li qiegħda fil-kenn taʼ l-irdum, f’post mistur ħdejn trejqa wieqfa fil-muntanji, ħallini narak,+ ħallini nismaʼ leħnek, għax leħnek pjaċevoli u s-sura tiegħek sabiħa.’”+
15 “Aqbdulna l-volpijiet,+ il-volpijiet iż-żgħar li qed iħarbtulna l-għelieqi tad-dwieli, għax l-għelieqi tad-dwieli tagħna għandhom iż-żahar.”+
16 “L-għażiż taʼ qalbi hu tiegħi u jien tiegħu.+ Qed jirgħa l-merħla+ qalb il-ġilji.+ 17 Dur lejja, O għażiż tiegħi, qabel tonfoħ iż-żiffa u jgħibu d-dellijiet; kun bħall-għażżiela+ jew bħall-ferħ taċ-ċerv fuq il-muntanji tal-firda.