L-Għanja taʼ Salamun
3 “Matul l-iljieli fuq soddti fittixt lil dak li ruħi tħobb.+ Fittixtu, imma ma sibtux. 2 Ħa nqum u mmur indur fil-belt;+ ħa mmur infittex fit-toroq u fil-pjazez+ lil dak li ruħi tħobb. Fittixtu, imma ma sibtux. 3 Sabuni l-għassiesa+ li kienu qed iduru mal-belt, ‘Rajtuh lil dak li ruħi tħobb?’ 4 Bilkemm ilħaqt għaddejthom li ma sibtx lil dak li ruħi tħobb. Qbadtu, u ma ridtx nitilqu qabel ma ndaħħlu f’dar ommi u fil-kamra taʼ dik li darba kienet tqila bija. 5 Ġegħeltkom taħilfu,+ O bniet taʼ Ġerusalemm, bl-għażżiela jew biċ-ċerva tar-rabaʼ,+ li ma tipprovawx tqajmu jew tqanqlu fija l-imħabba qabel ma titqanqal waħedha.”+
6 “Dik x’inhi li tielgħa mix-xagħri bħal kolonni tad-duħħan, imfewħa bil-mirra u bl-inċens abjad,+ u b’kull tip taʼ terra tfuħ tan-negozjanti?”+
7 “Ara! Dik is-sodda tiegħu, taʼ Salamun. Madwarha hemm sittin raġel setgħan mill-irġiel setgħanin taʼ Israel.+ 8 Ilkoll kemm huma għandhom sejf u mħarrġin għat-taqbid tal-gwerra; kull wieħed b’sejfu fuq ġenbu minħabba dak li jistaʼ jikkaġuna l-biżaʼ bil-lejl.”+
9 “Dik il-lettiga* tas-Sultan Salamun, li għamel għalih innifsu mis-siġar tal-Libanu.+ 10 Il-kolonni tagħha għamilhom tal-fidda, u maʼ xiex iserraħ għamlu tad-deheb. Fejn joqgħod bil-qiegħda magħmul minn suf miżbugħ vjola ħamrani, u ġewwa tħejja bi mħabba mill-bniet taʼ Ġerusalemm.”
11 “Oħorġu, O bniet taʼ Sijon, u ħarsu lejn is-Sultan Salamun bil-girlanda+ li nisġitlu ommu+ f’jum iż-żwieġ tiegħu u f’jum il-ferħ taʼ qalbu.”+