Isaija
16 Ibagħtu muntun lill-ħakkiem tal-pajjiż,+ minn Sela lejn ix-xagħri, lejn il-muntanja taʼ bint Sijon.+
2 U jiġri li l-bniet taʼ Mowab fl-ilmijiet baxxi taʼ l-Arnon+ isiru bħal tajra li taħrab, imtajra mill-bejta tagħha.+
3 “Offru parir, wettqu d-deċiżjoni.+
“F’nofs il-ġurnata, agħmel dellek bħal-lejl.+ Aħbi lill-imxerrdin;+ tittradixxi ’l ħadd minn dawk li qed jaħarbu.+ 4 Ħa jgħixu fik bħala barranin l-imxerrdin tiegħi, O Mowab.+ Sir moħba għalihom minħabba dak li jħarbat.+ Għax min jaħqar riesaq lejn tmiemu; it-tħarbit spiċċa; dawk li qed jgħaffġu lill-oħrajn intemmew minn fuq l-art.+
5 “U bil-qalb tajba bl-imħabba se jiġi stabbilit tron fis-sod;+ u wieħed irid joqgħod fuqu bil-verità fit-tinda taʼ David,+ u jiġġudika u jfittex il-ġustizzja u jkun pront biex jagħmel is-sewwa.”+
6 Smajna bil-kburija taʼ Mowab, li hu kburi ħafna;+ is-suppervja tiegħu u l-kburija tiegħu u l-qilla tiegħu+—it-tpaċpiċ vojt tiegħu mhux se jseħħ.+ 7 Għalhekk, Mowab se jnewwaħ għal Mowab; iva, kollu kemm hu se jnewwaħ.+ Il-milqutin se jokorbu għaċ-ċapep taż-żbib taʼ Kir-ħareset,+ 8 għax ir-rabaʼ mtarraġ taʼ Ħesbon+ dbiel. Lid-dielja taʼ Sibma,+ sidien il-ġnus qaċċtulha l-friegħi tagħha ħomor nar. Kienu laħqu sa Ġagħżer;+ kienu ġrew fix-xagħri. Ir-rimjiet tagħha tħallew iħaddru waħedhom; kienu waslu sal-baħar.
9 Huwa għalhekk li se nibki mal-biki taʼ Ġagħżer għad-dielja taʼ Sibma.+ Bid-dmugħ tiegħi nxarrbek għasra, O Ħesbon+ u Elegħale,+ għax matul is-sajf tiegħek u l-ħsad tiegħek instemaʼ l-għajat.+ 10 U l-hena u l-ferħ ittieħdu mill-ġnien tal-frott; u fl-għelieqi tad-dwieli m’hemmx għajat ferrieħi.+ Dak li jagħsar m’huwiex jagħsar inbid fil-magħsar.+ L-għajat jien waqqaftu.+
11 Huwa għalhekk li l-ġewwieni tiegħi qed jokrob bħal arpa minħabba Mowab,+ u minħabba Kir-ħareset nokrob ġewwa fija.+
12 U ġara li Mowab deher għajjien fil-post għall-qima;*+ u ġie fis-santwarju tiegħu biex jitlob,+ u ma setaʼ jagħmel xejn.+
13 Din hija l-kelma li Ġeħova kien qal qabel dwar Mowab. 14 U issa Ġeħova tkellem, u qal: “Fi żmien tliet snin, bħas-snin taʼ ħaddiem mikri,+ il-glorja+ taʼ Mowab tkun ġiet diżonorata u tkun ġarrbet kull xorta taʼ taqlib kbir, u dawk li jibqaʼ jkunu fdal żgħir ħafna u bla setgħa.”+