Isaija
18 Gwaj għall-pajjiż taʼ l-insetti li jvenvnu ġwinħajhom, li qiegħed fir-reġjun tax-xmajjar taʼ l-Etjopja!+ 2 Qed jibgħat lil xi wħud+ bil-baħar, u bil-bastimenti tal-papiru fuq wiċċ l-ilmijiet, billi jgħid: “Morru, messaġġiera ħfief, lejn ġens twil u b’ġilda lixxa, lejn poplu li jqanqal il-biżaʼ kullimkien, ġens taʼ saħħa kbira li jisħaq kollox, li pajjiżu nġarr mix-xmajjar.”+
3 Intom ilkoll li tgħammru fl-art produttiva+ u residenti taʼ l-art, intom se taraw dehra bħal meta jitgħolla arblu bħala sinjal fuq il-muntanji,+ u se tisimgħu ħoss bħal meta jindaqq qarn.+ 4 Għax hekk qalli Ġeħova: “Se noqgħod kwiet u nħares lejn il-post stabbilit tiegħi,+ u dan ikun bħas-sħana u d-dija taʼ bi nhar,+ bħas-sħaba tan-nida fis-sħana tal-ħsad.+ 5 Għax qabel il-ħsad, meta l-inwar ikun perfett u l-fjur jinbidel f’għeneb li qed isir, ikollhom jinqatgħu wkoll il-friegħi żgħar bis-skieken taż-żabra u jitneħħew ir-rimjiet irqaq, ikollhom jinżabru.+ 6 Se jitħallew kollha għall-għasfur tal-priża li jtir fuq il-muntanji u għall-bhima taʼ l-art.+ U fuqhom l-għasfur tal-priża jqattaʼ s-sajf, u kull bhima taʼ l-art tqattaʼ żmien il-ħsad.+
7 “F’dak iż-żmien se jinġieb rigal lil Ġeħova taʼ l-armati,+ mingħand poplu twil u b’ġilda lixxa,+ iva, mingħand poplu li jqanqal il-biżaʼ kullimkien, ġens taʼ saħħa kbira li jisħaq kollox, li pajjiżu nġarr mix-xmajjar, u se jinġieb lejn il-post taʼ isem Ġeħova taʼ l-armati, il-Muntanja Sijon.”+