Isaija
4 U dakinhar sebaʼ nisa se jaqbdu raġel wieħed,+ u jgħidulu: “Se nieklu ħobżna u nilbsu l-mantelli tagħna; biss ħa nissejħu b’ismek biex inneħħu t-tmaqdir minn fuqna.”+
2 F’dak il-jum, ir-rimja+ li Ġeħova jġiegħel li toħroġ tkun għad-dekorazzjoni u għall-glorja,+ u l-frott tal-pajjiż ikun xi ħaġa taʼ min wieħed ikun kburi bih+ u xi ħaġa sabiħa għal dawk minn Israel li ħarbu.+ 3 U jrid iseħħ li dawk li jifdal f’Sijon u dawk li jibqgħu f’Ġerusalemm se jintqal dwarhom li huma qaddisin għalih,+ kulmin hu miktub għall-ħajja f’Ġerusalemm.+
4 Meta Ġeħova jkun ħasel il-ħmieġ tal-bniet taʼ Sijon+ u laħlaħ+ it-tixrid taʼ demm+ taʼ Ġerusalemm minn ġewwa fiha bil-forza tal-ġudizzju u bil-forza li taħraq,+ 5 Ġeħova se joħloq ukoll fuq il-post stabbilit kollu tal-Muntanja Sijon+ u fuq il-post tagħha għall-konvenzjonijiet sħaba u duħħan bi nhar, u d-dija taʼ nar+ iħeġġeġ bil-lejl;+ għax fuq kulma hu glorjuż se jkun hemm il-kenn.+ 6 U jkun hemm għarix għad-dell mis-sħana u n-nixfa taʼ bi nhar,+ u bħala refuġju u moħba mill-maltempata u mix-xita.+