Ġeremija
26 Fil-bidu tal-ħakma rjali taʼ Ġeħojakim+ bin Ġosija, is-sultan taʼ Ġuda, ġiet din il-kelma mingħand Ġeħova, tgħid: 2 “Hekk qal Ġeħova, ‘Oqgħod fil-bitħa tad-dar taʼ Ġeħova,+ u għid il-kliem kollu li se nikkmandak tgħid+ dwar in-nies kollha tal-bliet taʼ Ġuda li qed jiġu jmilu fid-dar taʼ Ġeħova. Tħallix kelma waħda barra.+ 3 Forsi jisimgħu u jduru lura, kull wieħed minn triqtu l-ħażina,+ u jiddispjaċini mill-gwaj li qed naħseb li nġib fuqhom minħabba l-ħażen taʼ l-għemejjel tagħhom.+ 4 U għidilhom: “Hekk qal Ġeħova, ‘Jekk ma tisimgħux minni u timxu skond il-liġi+ li tajtkom,+ 5 u jekk ma tisimgħux mill-kliem tal-qaddejja tiegħi l-profeti, li qed nibagħtilkom, iva, li bakkart biex nibgħathomlkom imma intom ma smajtux minnhom,+ 6 mela jien, din id-dar nagħmilha bħal dik f’Silo,+ u din il-belt nagħmilha saħta f’għajnejn il-ġnus kollha taʼ l-art.’”’”+
7 U l-qassisin u l-profeti u l-poplu kollu kienu qed jisimgħu lil Ġeremija jgħid dan il-kliem fid-dar taʼ Ġeħova.+ 8 U ġara li hekk kif Ġeremija temm jgħid lill-poplu kollu kulma kien ikkmandah Ġeħova, il-qassisin u l-profeti u l-poplu kollu qabduh u qalulu: “Int żgur għall-mewt.+ 9 Għala pprofetizzajt f’isem Ġeħova u għedt, ‘Din id-dar se ssir bħal dik f’Silo,+ u din il-belt se titħalla ħerba u ma jkun hemm ħadd min jgħammar fiha’?” U n-nies kollha baqgħu jinġemgħu madwar Ġeremija fid-dar taʼ Ġeħova.
10 Imbagħad il-prinċpijiet taʼ Ġuda semgħu dan il-kliem, u telgħu mid-dar tas-sultan għad-dar taʼ Ġeħova+ u poġġew bil-qiegħda fid-daħla tal-bieb il-ġdid taʼ Ġeħova.+ 11 U l-qassisin u l-profeti bdew jgħidu lill-prinċpijiet u lill-poplu kollu: “Dan ir-raġel ħaqqu l-mewt,+ għax hu pprofetizza dwar din il-belt dak li għadkom kemm smajtu b’widnejkom.”+
12 Għal dan, Ġeremija qal lill-prinċpijiet kollha u lill-poplu kollu: “Ġeħova bagħatni nipprofetizza l-kliem kollu li smajtu+ dwar din id-dar u din il-belt. 13 U issa rranġaw triqatkom u l-għemejjel tagħkom,+ u obdu minn leħen Ġeħova Alla tagħkom, u Ġeħova jiddispjaċih mill-gwaj li ddikjara kontrikom.+ 14 Ngħid għalija, jien f’idejkom.+ Agħmlu bija skond dak li jidhrilkom li hu tajjeb u sewwa f’għajnejkom.+ 15 Biss kunu afu żgur li jekk toqtluni, demm innoċenti tkunu qed iġġibu fuqkom, fuq din il-belt, u fuq l-abitanti tagħha,+ għax lili veru Ġeħova bagħatni għandkom biex insemmgħalkom f’widnejkom dan il-kliem kollu.”+
16 Imbagħad il-prinċpijiet+ u l-poplu kollu qalu lill-qassisin u lill-profeti: “Dan ir-raġel ma ħaqqux imut,+ għax f’isem Ġeħova Alla tagħna kellimna.”+
17 Ukoll, qamu xi wħud mix-xjuħ tal-pajjiż u bdew jgħidu lill-kongregazzjoni kollha miġbura:+ 18 “Fi żmien Ħeżekija, is-sultan taʼ Ġuda,+ kien hemm jipprofetizza Mikea+ minn Moreset+ li qal lill-poplu kollu taʼ Ġuda, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Sijon għad tinħarat bħal għalqa,+ u Ġerusalemm għad issir ħerba sħiħa,+ u l-muntanja tad-Dar tkun bħall-postijiet għoljin taʼ foresta.”’+ 19 Għal li jistaʼ jkun Ħeżekija, is-sultan taʼ Ġuda, u dawk kollha f’Ġuda kkundannawh għall-mewt lil dan il-profeta? Ma beżax hu minn Ġeħova u pprova jtaffilu l-korla,+ tant li Ġeħova ddispjaċieh mill-gwaj li kien iddikjara kontrihom?+ Għalhekk, aħna qed inqanqlu gwaj kbir kontrina.+
20 “U kien hemm ukoll raġel ieħor jipprofetizza f’isem Ġeħova, Urijah bin Semajja minn Kirjat-ġegħarim.+ U dan baqaʼ jipprofetizza kontra din il-belt u kontra dan il-pajjiż fi qbil mal-kliem kollu taʼ Ġeremija. 21 U s-Sultan Ġeħojakim+ u l-irġiel setgħanin kollha tiegħu u l-prinċpijiet kollha semgħu x’kien qed jgħid, u s-sultan ipprova joqtlu.+ Malli Urijah sar jaf b’dan, minnufih imtela bil-biżaʼ,+ u ħarab lejn l-Eġittu. 22 Imma s-Sultan Ġeħojakim bagħat xi rġiel l-Eġittu, lil Elnatan bin Għakbor+ u xi rġiel oħrajn miegħu. 23 U dawn ġabu lil Urijah mill-Eġittu u ħaduh għand is-Sultan Ġeħojakim li qatlu bis-sejf,+ u tefaʼ l-ġisem mejjet tiegħu fejn jindifnu n-nies komuni.”
24 U id Aħikam+ bin Safan+ kienet maʼ Ġeremija, u b’hekk ma ngħatax f’idejn il-poplu biex joqtluh.+