Ġeremija
40 Il-kelma li ġiet għand Ġeremija mingħand Ġeħova wara li Nebużaradan,+ il-kap tal-gwardji persunali tas-sultan, bagħtu ħieles minn Rama.+ Ġeremija kien marbut bil-ktajjen maʼ idejh meta ħadu minn fost l-eżiljati kollha taʼ Ġerusalemm u taʼ Ġuda, li kienu qed jittieħdu fl-eżilju f’Babilonja.+ 2 Imbagħad il-kap tal-gwardji qabad lil Ġeremija u qallu: “Ġeħova Alla tiegħek iddikjara dan il-gwaj kontra dan il-post,+ 3 u Ġeħova wettqu u għamel eżatt kif qal, għax intom dnibtu kontra Ġeħova u m’obdejtux minn leħnu. U għalhekk ġralkom dan.+ 4 U issa, ara, illum neħħejtlek il-ktajjen minn maʼ idejk. Jekk jidhirlek li hu tajjeb f’għajnejk li tiġi miegħi Babilonja, ejja, u jien inżomm għajnejja fuqek.+ Imma jekk jidhirlek li hu ħażin f’għajnejk li tiġi miegħi Babilonja, tiġix. Ħares! Il-pajjiż kollu qiegħed quddiemek. Mur fejn jidhirlek li hu tajjeb u sewwa f’għajnejk.”+
5 U kien għadu qed jaħsibha jerġax lura, meta Nebużaradan qallu: “Erġaʼ lura għand Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ li s-sultan taʼ Babilonja inkarigah mill-bliet taʼ Ġuda, u oqgħod miegħu fost il-poplu; jew inkella mur fejn jidhirlek li hu sewwa f’għajnejk.”+
U mbagħad il-kap tal-gwardji tah xi ħaġa taʼ l-ikel u rigal, u ħallieh jitlaq.+ 6 U Ġeremija wasal għand Gedalija+ bin Aħikam f’Mispa,+ u beda jgħammar miegħu fost il-poplu li kien baqaʼ fil-pajjiż.
7 Wara ftit taż-żmien, il-kapijiet kollha tal-qawwiet militari li kienu madwar il-pajjiż,+ huma u l-irġiel li kellhom magħhom, semgħu li s-sultan taʼ Babilonja kien inkariga lil Gedalija bin Aħikam mill-pajjiż u mill-irġiel u n-nisa u t-tfal żgħar u xi wħud mill-foqra tal-pajjiż, li ma kinux ittieħdu fl-eżilju f’Babilonja.+ 8 Għalhekk, Ismagħel+ bin Netanija u Ġoħanan+ u Ġonatan, ulied Kareja, u Seraja bin Tanħumet u wlied Għefaj in-Netofati+ u Ġeżanija+ bin il-Magħkati,+ huma u l-irġiel li kellhom magħhom,+ ġew għand Gedalija f’Mispa. 9 U Gedalija,+ bin Aħikam,+ bin Safan,+ ħalfilhom,+ lilhom u lill-irġiel li kellhom magħhom, u qalilhom: “Tibżgħux taqdu lill-Kaldin. Ibqgħu għammru fil-pajjiż u aqdu lis-sultan taʼ Babilonja, u jaħbtilkom tajjeb.+ 10 U, araw, jien qed ngħammar f’Mispa,+ sabiex nirrappreżentakom quddiem il-Kaldin li jiġu għandna. U intom, iġbru l-inbid+ u l-frott tas-sajf u ż-żejt u qegħduhom fir-reċipjenti tagħkom u għammru fil-bliet li ħadtu għalikom.”
11 U l-Lhud kollha li kienu f’Mowab u fost ulied Għammon u f’Edom u fil-pajjiżi l-oħrajn kollha,+ ukoll semgħu li s-sultan taʼ Babilonja kien ħalla fdal f’Ġuda u li kien ħatar fuqhom lil Gedalija,+ bin Aħikam, bin Safan. 12 U l-Lhud kollha bdew jirritornaw mill-postijiet kollha fejn kienu mxerrdin, u ġew fl-art taʼ Ġuda għand Gedalija f’Mispa.+ U ġabru ħafna nbid u frott tas-sajf.
13 U Ġoħanan+ bin Kareja+ u l-kapijiet kollha tal-qawwiet militari li kienu madwar il-pajjiż,+ ġew għand Gedalija f’Mispa. 14 U qalulu: “Tassew ma tafx li Bagħalis, is-sultan taʼ wlied Għammon,+ bagħat lil Ismagħel+ bin Netanija+ biex ineħħilek ħajtek?” Imma Gedalija bin Aħikam m’emminhomx.+
15 U Ġoħanan+ bin Kareja qal lil Gedalija, fejn ma jarahom ħadd f’Mispa: “Irrid immur, issa, u noqtol lil Ismagħel bin Netanija, bla ma jkun jaf ħadd.+ Għalfejn għandu jneħħilek ħajtek? Għalfejn għandhom in-nies kollha taʼ Ġuda li qed jinġemgħu flimkien jixterdu u l-fdal taʼ Ġuda jgħib?”+ 16 Imma Gedalija+ bin Aħikam+ qal lil Ġoħanan bin Kareja: “Tagħmel xejn minn dan, għax din gidba li qed tgħid dwar Ismagħel.”+