Ġeremija
48 Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, l-Alla taʼ Israel,+ għal Mowab:+ “Gwaj għal Nebo,+ għax għamluha ħerba! Kirjatajm+ ġiet imġiegħla tistħi, intrebħet. Il-post fl-għoli taʼ sigurtà ġie mġiegħel jistħi u jitwerwer.+ 2 M’hemmx iktar tifħir għal Mowab.+ F’Ħesbon+ ħasbu gwaj kontrih: ‘Ejjew, ħa ma nħalluhx jibqaʼ ġens.’+
“Int, ukoll, O Madmen, għandek tiskot. Hemm sejf miexi warajk. 3 Qed jinstemaʼ għajat minn Ħoronajm,+ tħarbit u tiġrif kbir. 4 Mowab iġġarraf.+ Iċ-ċkejknin tiegħu jinstemgħu jibku. 5 Fit-telgħa lejn Luħit+ qed jibku—hemm il-biki. U fin-niżla minn Ħoronajm instemaʼ l-għajat taʼ niket minħabba t-tiġrif.+
6 “Aħarbu; eħilsu ruħkom,+ u ssiru bħal siġra tal-ġnibru fix-xagħri.+ 7 Talli qed tafda fl-għemejjel tiegħek u fit-teżori tiegħek, int ukoll se tinqabad.+ U Kemos+ imur fl-eżilju,+ u miegħu l-qassisin u l-prinċpijiet tiegħu.+ 8 U l-qerried jidħol f’kull belt,+ u l-ebda belt ma tkun tistaʼ teħlisha.+ U l-pjanura l-baxxa tgħib u l-wita tinqered, kif qal Ġeħova.
9 “Agħtu lil Mowab sinjal tat-toroq, għax waqt it-tiġrif dan jitlaq;+ u blietu jsiru oġġett taʼ stagħġib, u ħadd ma jgħammar fihom.+
10 “Misħut min iwettaq bi traskuraġni l-inkarigu li tah Ġeħova;+ u misħut min iżomm sejfu lura mid-demm!
11 “Il-Mowabin ilhom jgħixu għall-kwiet sa minn żgħożithom,+ mistriħin fuq it-tartru bħall-inbid.+ Ma tbattlux minn reċipjent għal ieħor, u ma marrux fl-eżilju. Għalhekk, baqgħu bl-istess togħma, u r-riħa tagħhom ma nbidlitx.
12 “‘Għaldaqstant, ara! Ġej żmien,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘meta nibagħtilhom lil dawk li jaqilbu r-reċipjenti, u jaqilbuhom;+ u jbattlulhom ir-reċipjenti, u l-ġarar kbar tagħhom ifarrkuhom biċċiet. 13 U l-Mowabin ikollhom jistħu minħabba Kemos,+ bħalma stħaw dawk taʼ dar Israel minħabba Betel għax fdaw fiha.+ 14 Kif tażżardaw tgħidu: “Aħna rġiel setgħanin+ u gwerriera mimlijin enerġija”?’
15 “‘Mowab sar ħerba, u kien hemm min telaʼ għal blietu.+ U l-aħjar żgħażagħ tagħhom niżlu għall-qatla,’+ hija l-kelma tas-Sultan, li ismu hu Ġeħova taʼ l-armati.+
16 “Dalwaqt ġej id-diżastru fuq il-Mowabin, u l-gwaj tagħhom ġej b’ħeffa kbira.+ 17 Dawk kollha taʼ madwarhom se jħossu għalihom, kif ukoll dawk kollha li jafu x’jisimhom.+ Għidu, ‘O kif tkisser il-ħatar tas-saħħa, il-bastun tas-sbuħija!’+
18 “Inżel mill-glorja tiegħek, u poġġi bil-qiegħda bil-għatx, O abitanta, bint+ Dibon;+ għax dak li se jħarbat lil Mowab telaʼ għalik. Se jagħmel ħerba mill-postijiet fortifikati tiegħek.+
19 “Ieqaf u ħares sew biex tara x’qed jiġri fit-triq, O abitanta t’Għarogħer.+ Staqsi lil dak li qed jaħrab u lil dik li sejra minn hemmhekk. Għidilhom, ‘X’ġara?’+ 20 Mowab ġie mġiegħel jistħi, għax ħakmu l-biżaʼ.+ Newħu u għajtu. Xandru fl-Arnon+ li Mowab sar ħerba. 21 Wasal il-ġudizzju fil-pajjiż tal-wita,+ f’Ħolon u f’Ġaħas+ u kontra Mefgħat,+ 22 u kontra Dibon+ u kontra Nebo+ u kontra Bet-diblatajm, 23 u kontra Kirjatajm+ u kontra Bet-gamul u kontra Bet-megħon+ 24 u kontra Kerjot+ u kontra Bosra+ u kontra l-bliet kollha taʼ l-art taʼ Mowab, dawk ’il bogħod u dawk viċin.
25 “‘Il-qarn taʼ Mowab tqaċċat,+ u driegħu tkisser,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 26 ‘Agħtuh xorb biex jisker,+ għax tkabbar ħafna kontra Ġeħova nnifsu;+ u Mowab tmiegħek fil-vomtu tiegħu,+ u sar taż-żuffjett, iva, hu stess.
27 “‘Ma sarx Israel taż-żuffjett għalik?+ Jew kien misjub fost il-ħallelin?+ Għax kulmeta kont titkellem kontrih kont ixxejjer rasek biex twaqqgħu għaċ-ċajt.
28 “‘Ħallu l-bliet u morru għammru fl-irdum,+ abitanti taʼ Mowab; siru bħall-ħamiema li tbejjet f’xifer ix-xquq.’”+
29 “Smajna bil-kburija taʼ Mowab+—huwa supperv ħafna—bl-arroganza u l-kburija u s-suppervja u t-tneffiħ taʼ qalbu.”+
30 “‘Jien naf x’rabja qalila għandu,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u li l-ftaħir tiegħu hu għalxejn, bħalma hu wkoll il-kliem vojt tiegħu+—m’humiex se jagħmlu kif jgħidu.+ 31 Għalhekk, innewwaħ għal Mowab, u ngħajjat għal Mowab kollu kemm hu.+ Se jkun hemm il-krib għan-nies taʼ Kir-ħeres.+
32 “‘Nibki għalik iktar milli bkejt għal Ġagħżer,+ O dielja taʼ Sibma.+ Ir-rimjiet tiegħek kibru sew u qasmu l-baħar. Laħqu sal-baħar—sa Ġagħżer.+ Il-qerried qabeż+ fuq il-frott tas-sajf tiegħek+ u l-għeneb li ġbart. 33 U l-hena u l-ferħ ittieħdu mill-ġnien tal-frott u mill-art taʼ Mowab.+ U ma ħallejtx iktar inbid fl-imgħasar taʼ l-inbid.+ Ħadd ma jgħajjat hu u jagħsar. L-għajat ma jkunx għajat taʼ ferħ.’”+
34 “‘Huma għajtu minn Ħesbon+ u leħinhom+ wasal s’Elegħale+ u sa Ġaħas,+ minn Sogħar+ sa Ħoronajm,+ s’Għeglat-selisija,+ għax anki l-ilmijiet taʼ Nimrim+ isiru ħerba. 35 U neqred minn Mowab,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘lil min qed iġib offerta fil-post għall-qima* u lil min qed joffri d-duħħan tas-sagrifiċċji lill-alla tiegħu.+ 36 Għaldaqstant, qalbi se tokrob minħabba Mowab, bħall-flawtijiet;+ u għall-irġiel taʼ Kir-ħeres+ qalbi se tokrob bħall-flawtijiet. Huwa għalhekk li l-abbundanza li pproduċa se tgħib.+ 37 L-irjus kollha huma qargħin,+ u kull daqna mqaxxra.+ L-idejn kollha huma mimlijin qtugħ,+ u l-ġenbejn imħażżmin bl-ixkora!’”+
38 “‘Fuq il-bjut kollha taʼ Mowab u fil-pjazez tiegħu—kullimkien—hemm l-ilfiq;+ għax kissirt lil Mowab bħal reċipjent li ma jingħoġobx,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 39 ‘O kemm twerwer! Newħu! Kif dar lura Mowab bil-mistħija!+ U Mowab sar taż-żuffjett u tal-biżaʼ għal dawk kollha taʼ madwaru.’”
40 “Għax hekk qal Ġeħova, ‘Ara! Bħal ajkla li tinxteħet fuq il-priża tagħha,+ hekk ukoll xi ħadd se jiftaħ ġwinħajh biex jinxteħet fuq Mowab.+ 41 Blietu se jinqabdu, u l-postijiet b’saħħithom tiegħu se jintrebħu. U dakinhar, qalb l-irġiel setgħanin taʼ Mowab issir bħall-qalb taʼ mara bl-uġigħ tal-ħlas.’”+
42 “‘U Mowab jinqered għalkollox u ma jibqax iżjed ġens,+ għax tkabbar ħafna kontra Ġeħova.+ 43 Il-biżaʼ u l-ħofra u n-nasba għal fuqek, O abitant taʼ Mowab,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 44 ‘Kulmin jaħrab bil-biżaʼ se jaqaʼ fil-ħofra; u min joħroġ mill-ħofra jinqabad fin-nasba.’+
“‘Għax jien se nġib fuqu, fuq Mowab, is-sena li fiha nitlob kont minnhom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 45 ‘Għad-dell taʼ Ħesbon dawk li qed jaħarbu waqfu bla saħħa. Għax minn Ħesbon joħroġ nar,+ fjamma minn nofs Siħon,+ u jiblaʼ ngħas Mowab u l-qorriegħa taʼ wlied ir-rewwixta.’+
46 “‘Gwaj għalik, O Mowab!+ In-nies taʼ Kemos+ għabu. Għax lil uliedek subien ħaduhom fil-jasar, u wliedek bniet ittieħdu bħala mjassrin. 47 U fl-aħħar parti tal-jiem niġbor lill-imjassrin taʼ Mowab,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. ‘S’hawnhekk il-ġudizzju fuq Mowab.’”+