Ġeremija
49 Għal ulied Għammon+ hekk qal Ġeħova: “Jaqaw Israel m’għandux ulied subien, jew m’għandux werriet? Mela Malkam+ għala ħa lil Gad+ f’idejh, u dawk li jqimuh għala bdew jgħammru fil-bliet taʼ Israel?”+
2 “‘Għalhekk, ara! Ġej żmien,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘meta jien insemmaʼ l-għajta tal-gwerra+ kontra Rabba+ taʼ wlied Għammon; u hi ssir għolja abbandunata,+ u l-bliet li jiddependu minnha+ jinħarqu fin-nar.’+
“‘U Israel jieħu f’idejh lil dawk li ħaduh f’idejhom,’+ qal Ġeħova.
3 “‘Newwaħ,+ O Ħesbon,+ għax Għaj saret ħerba! Għajtu, O bliet li tiddependu minn Rabba. Tħażżmu bl-ixkora.+ Olfqu, u iġru ’l hemm u ’l hawn qalb l-imqawel tal-ġebel, għax Malkam stess se jmur fl-eżilju,+ flimkien mal-qassisin u l-prinċpijiet kollha tiegħu.+ 4 Għalfejn qed tiffanfra bil-pjanuri l-baxxi, bil-pjanura l-baxxa u produttiva tiegħek,+ O bint infidila, int li tafda fit-teżori tiegħek+ u tgħid: “Min ġej għalija?”’”+
5 “‘Ara, se nġib fuqek ħaġa tal-biżaʼ,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran,+ Ġeħova taʼ l-armati, ‘minn dawk kollha taʼ madwarek. U intom tixterdu, kull wieħed f’direzzjoni għalih,+ u ma jkun hemm ħadd li jiġbor flimkien lil dawk li jaħarbu.’”
6 “‘Imma wara niġbor lill-imjassrin taʼ wlied Għammon,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”
7 Għal Edom hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Jaqaw m’għadx baqaʼ għerf+ f’Teman?+ Għabu l-pariri minn dawk li għandhom l-abbiltà li jifhmu? Tħassar għerfhom?+ 8 Aħarbu!+ Ċedu! Inżlu għammru fil-qiegħ,+ O abitanti taʼ Dedan!+ Għax se nġib fuqu d-diżastru t’Għesaw, iż-żmien li nikkastigah.+ 9 Kieku kellhom jiġu għandek dawk li jiġbru l-għeneb, ma kinux huma jħallu xi tilqit warajhom? Kieku kellhom jiġu l-ħallelin bil-lejl, ma kinux huma jagħmlu ħerba daqskemm ifettlilhom?+ 10 Imma jien, jien se nneżżaʼ għalkollox lil Għesaw.+ Se nikxef il-moħbiet tiegħu,+ u ma jkunx jistaʼ jinħeba.+ Uliedu u ħutu u l-ġirien tiegħu żgur isiru ħerba,+ u hu ma jkunx iktar.+ 11 Itlaq lis-subien bla missier,+ u jien inżommhom ħajjin. U n-nisa romol tiegħek jafdaw fija.”+
12 Għax hekk qal Ġeħova: “Ara! Għalkemm m’humiex imdorrijin jixorbu dak li hemm fil-kies, huma se jkollhom jixorbu bilfors.+ Allura taħseb li int se titħalla bla kastig taʼ xejn? M’intix se titħalla bla kastig, għax ikollok tixrob bilfors.”+
13 “Għax ħlift bija nnifsi,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “li Bosra+ ma ssir xejn ħlief oġġett taʼ stagħġib+ u taʼ żebliħ, u ħerba u saħta; u l-bliet kollha tagħha jibqgħu ħerba għal żmien indefinit.”+
14 Smajt aħbar mingħand Ġeħova, u ntbagħat xi ħadd fost il-ġnus, jgħid: “Inġemgħu flimkien, u ejjew kontriha, u qumu għall-battalja.”+
15 “Għax, ara, għamiltek żgħir fost il-ġnus, mistmerr fost il-bnedmin.+ 16 It-tregħid li int qanqalt u l-prużunzjoni taʼ qalbek qarrqu bik,+ O int li tgħammar fil-kenn taʼ l-irdum, fl-għoli fuq l-għoljiet. Għalkemm tagħmel il-bejta tiegħek fl-għoli bħall-ajkla,+ jien inniżżlek minn hemmhekk,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 17 “U Edom isir oġġett taʼ stagħġib.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejh jibqaʼ ċċassat u jsaffar bi stagħġib, minħabba l-kastigi kollha tiegħu.+ 18 Bħalma ġara fil-qerda taʼ Sodoma u Gomorra u l-bliet ġirien tagħha+ hekk jiġri f’dan il-każ,” qal Ġeħova, “ebda bniedem ma jgħammar hemmhekk, u ħadd minn ulied il-bnedmin ma jgħix fih bħala barrani.+
19 “Ara! Xi ħadd se jitlaʼ bħal iljun+ mill-imsaġar folti taʼ mal-Ġordan u jmur lejn il-mergħa li se ddum għal żmien twil,+ u f’daqqa waħda nġiegħlu jabbandunaha.+ U naħtar fuqha lil dak li nagħżel jien. Għax min hu bħali,+ u min se jisfidani,+ u min, issa, hu r-ragħaj li jistaʼ jieqaf quddiemi?+ 20 Għalhekk, isimgħu d-deċiżjoni li Ġeħova ħa kontra Edom,+ u l-ħsibijiet li ħaseb kontra l-abitanti taʼ Teman:+ Żgur li l-frieħ tal-merħla se jiġu mkaxkrin. Żgur li l-mergħa tagħhom se jagħmilha ħerba minħabba fihom.+ 21 Mal-ħoss tal-waqgħa tagħhom l-art bdiet titriegħed.+ Hemm għajta!+ Ħoss ha nstemaʼ saħansitra mill-Baħar l-Aħmar.+ 22 Ara! Bħal ajkla, xi ħadd jitlaʼ u jinżel b’ħeffa+ u jiftaħ ġwinħajh biex jinxteħet fuq Bosra;+ u dakinhar qalb l-irġiel setgħanin t’Edom issir bħall-qalb taʼ mara bl-uġigħ tal-ħlas.”+
23 Għal Damasku:+ “Ħamat+ u Arfad+ stħaw, għax semgħu rapport ikrah. Ġew fix-xejn.+ Fil-baħar hemm taqlib kbir; ma jistax joqgħod bi kwietu.+ 24 Damasku tilfet il-kuraġġ. Daret biex taħrab, u ħakimha paniku kbir.+ Niket u wġigħ tal-ħlas qabduha, bħal mara li qed tiled.+ 25 Kif ma ġietx abbandunata l-belt tat-tifħir, il-belt taʼ ferħ kbir?+
26 “Għalhekk, dakinhar iż-żgħażagħ tagħha se jaqgħu fil-pjazez tagħha, u l-gwerriera kollha tagħha se jiġu msikktin,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati. 27 “U nqabbad nar fuq is-sur taʼ Damasku, u jiblaʼ t-torrijiet fortifikati taʼ Ben-ħadad.”+
28 Għal Kedar+ u s-saltniet taʼ Ħasor,+ li Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, ħabat għalihom,+ hekk qal Ġeħova: “Qumu, itilgħu lejn Kedar, u ħarbtu lil ulied il-Lvant.+ 29 It-tined tagħhom+ u l-imrieħel tagħhom,+ id-drapp tat-tined+ u l-oġġetti kollha tagħhom se jittiħdulhom. U l-iġmla tagħhom+ se jiħduhomlhom. U jgħajtu u jgħidulhom, ‘Biżaʼ kullimkien!’”+
30 “Aħarbu, itilqu ’l bogħod; inżlu għammru fil-qiegħ, O abitanti taʼ Ħasor,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Għax Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja,+ fassal pjan kontrikom u ħaseb ħsieb kontrikom.”
31 “Qumu, itilgħu kontra l-ġens li jinsab fil-kwiet,+ li jgħammar fis-sigurtà!”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
“M’għandux bibien jew staneg. Jgħammru għalihom waħedhom.+ 32 U l-iġmla tagħhom+ jinsterqu, u l-kotra taʼ bhejjem tagħhom tinħataf bħala priża. U lil dawk li qaxxru xagħar ngħashom+ inxerridhom maʼ kull riħ;+ u nġib fuqhom id-diżastru tagħhom mir-reġjuni kollha taʼ madwarhom,” hija l-kelma taʼ Ġeħova. 33 “U Ħasor+ issir il-bejta tax-xakalli,+ art abbandunata għal żmien indefinit. Ebda bniedem ma jgħammar hemmhekk, u ħadd minn ulied il-bnedmin ma jgħix fiha bħala barrani.”+
34 Din kienet il-kelma taʼ Ġeħova lill-profeta Ġeremija dwar Għelam+ fil-bidu tar-renju taʼ Sedekija,+ is-sultan taʼ Ġuda, tgħid: 35 “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Ara, se nkisser il-qaws t’Għelam,+ il-qawwa ewlenija tagħhom. 36 U nġib fuq Għelam l-erbat irjieħ mill-erbat itruf tas-smewwiet.+ U nxerridhom maʼ dawn l-irjieħ kollha,+ u ma jkunx hemm ġens wieħed li dawk t’Għelam ma jinxterdux fih.’”+
37 “U lill-Għelamin inġegħelhom jitriegħdu minħabba l-għedewwa tagħhom li jipprovaw jiħdulhom ħajjithom; u nġib fuqhom gwaj, ir-rabja taħraq tiegħi,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “U nibgħat is-sejf għal warajhom sakemm inkun qridthom għalkollox.”+
38 “U nqiegħed it-tron tiegħi f’Għelam,+ u neqred minn hemmhekk lis-sultan u l-prinċpijiet,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.
39 “U jiġri fl-aħħar parti tal-jiem+ li niġbor lill-imjassrin t’Għelam,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.