Ħosea
7 “Kull darba li nipprova nfejjaq lil Israel,+ jinkixef l-iżball t’Efrajm+ u l-ħażen tas-Samarija;+ għax jaġixxu bil-qerq,+ u l-ħallelin jidħlu fid-djar; qatgħa ħallelin jattakkaw fuq barra.+ 2 U f’qalbhom ma jgħidux+ li jien se niftakar fil-ħażen kollu tagħhom.+ Issa jinsabu mdawrin minn kullimkien bl-aġir tagħhom.+ Quddiem wiċċi qiegħed.+ 3 Bil-ħażen tagħhom huma jferrħu lis-sultan u bil-qerq tagħhom lill-prinċpijiet.+ 4 Ilkoll kemm huma adulteri;+ huma bħal forn li jitkebbes minn furnar, li ma jibqax iqalleb in-nar minn x’ħin jagħmel l-għaġina sakemm titħemmer. 5 F’jum is-sultan tagħna, il-prinċpijiet dardru lilhom infushom+—hemm dagħdigħa minħabba l-inbid.+ Hu medd idu maʼ dawk li jirridikolaw. 6 Għax huma bħallikieku ġabu lil qalbhom qrib forn;+ qed taqbad ġo fihom.+ Il-lejl kollu rieqed il-furnar tagħhom; sa fil-għodu l-forn ikun jaqbad b’nar iħeġġeġ.+ 7 Ilkoll isiru jaħarqu bħall-forn, u jibilgħu lill-imħallfin tagħhom. Is-slaten tagħhom waqgħu kollha;+ ħadd minnhom ma qiegħed jgħajjatli.+
8 “Efrajm jitħallat mal-popli.+ Efrajm sar ftira mhix imdawra fuq in-naħa l-oħra.+ 9 L-istranġieri belgħulu setegħtu,+ u ma ntebaħx.+ Ukoll, ix-xagħar griż bjadlu, imma ma ntebaħx. 10 U l-kburija taʼ Israel xehdet kontrih stess,+ u minħabba dan kollu huma ma reġgħux lura lejn Ġeħova Alla tagħhom,+ lanqas ma fittxewh.+ 11 U Efrajm hu bħal ħamiema+ b’moħħ sempliċi u b’qalb belha.*+ Lill-Eġittu sejħu;+ għand l-Assirja marru.+
12 “Imorru fejn imorru, nifrex fuqhom ix-xibka tiegħi.+ Bħal ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet inniżżilhom.+ Niddixxiplinahom skond it-twissija li ngħataw bħala ġemgħa.+ 13 Gwaj għalihom,+ għax ħarbu minni!+ Inħarbathom, għax dinbu kontrija! Jien fdejthom,+ imma huma gidbu fuqi.+ 14 U ma sejħulix mill-qalb għall-għajnuna,+ għalkemm baqgħu jnewħu fuq is-sodod tagħhom. Minħabba l-qmuħ u l-inbid ħelu tagħhom huma baqgħu jitnikkru ’l hemm u ’l hawn;+ baqgħu jduru kontrija.+ 15 Jien, min-naħa tiegħi, iddixxiplinajthom;+ saħħaħtilhom dirgħajhom,+ imma baqgħu jfasslu l-ħażen kontrija.+ 16 U huma reġgħu lura, iżda mhux lejn xi ħaġa iktar għolja;*+ kienu saru bħal qaws merħi.+ Bis-sejf jaqgħu l-prinċpijiet tagħhom minħabba li jikkundannaw bi lsienhom.+ Dan se jkun il-kaġun tat-twaqqigħ għaċ-ċajt tagħhom fl-art taʼ l-Eġittu.”+