Ħosea
8 “Poġġi qarn+ maʼ fommok! Ġej wieħed bħal ajkla+ kontra d-dar taʼ Ġeħova, għax huma kisru l-patt tiegħi,+ u kontra l-liġi tiegħi naqsu.+ 2 Lili jibqgħu jgħajtu, ‘O Alla tagħna, aħna, Israel, nafuk.’+
3 “Israel twarrab mit-tajjeb.+ Ħa jiġri warajh l-għadu.+ 4 Huma għamlu slaten,+ imma mhux minni kien ġej dan. Għamlu prinċpijiet, imma ma kontx naf b’dan. Bil-fidda u d-deheb tagħhom għamlu idoli għalihom,+ għall-qerda tagħhom stess.+ 5 L-għoġol tiegħek ġie mwarrab,+ O Samarija. Ir-rabja tiegħi xegħlet kontrihom.+ Kemm se jdumu hekk, mhux kapaċi jirkupraw l-innoċenza tagħhom?+ 6 Minn Israel kien dan l-għoġol.+ Sempliċi bniedem tas-sengħa għamlu,+ mhux Alla; għax l-għoġol tas-Samarija se jsir frak.+
7 “Għax jiżirgħu r-riħ, u riħ taʼ tempesta jaħsdu.+ M’hemmx żaraʼ wieqaf.+ Ebda rimja ma tipproduċi d-dqiq.+ Jekk forsi tipproduċih, l-istranġieri se jibilgħuh.+
8 “Israel għandu jinbelaʼ.+ Issa se jkun fost il-ġnus,+ bħal reċipjent li ma jingħoġobx.+ 9 Għax huma telgħu għand l-Assirja,+ bħal żebra li nqatgħet għaliha.+ Fil-każ t’Efrajm, huma krew il-prostituti bħala maħbubin.+ 10 U għalkemm jibqgħu jikruhom minn fost il-ġnus,+ jien issa se niġborhom flimkien; u se jbatu ħafna+ għal ftit żmien minħabba t-tagħbija tas-sultan u l-prinċpijiet.
11 “Għax Efrajm żied l-artali biex jidneb.+ Għamel l-artali biex jidneb.+ 12 Ktibtlu ħafna affarijiet fil-liġi+ tiegħi imma qieshom sempliċement bħala xi ħaġa barranija.+ 13 Huma offrewli l-laħam+ b’sagrifiċċji bħala għotja, u kielu dak li Ġeħova ma ħax pjaċir bih.+ Issa hu se jiftakar l-iżball tagħhom u jitlob kont taʼ dnubiethom.+ Għand l-Eġittu reġgħu marru.+ 14 U Israel beda jinsa lil Dak li għamlu+ u beda jibni t-tempji;+ u Ġuda żied il-bliet fortifikati.+ Se nibgħat in-nar fil-bliet tiegħu u dan irid jiblaʼ t-torrijiet mgħammrin taʼ kull wieħed minnhom.”+