Ħosea
9 “Tithenniex, O Israel.+ Tifraħx bħall-popli.+ Għax biż-żína tbegħedt minn Alla tiegħek.+ Int ħabbejt il-ħlas għall-prostituzzjoni li wettaqt fuq il-qigħan kollha fejn jidirsu l-qmuħ.+ 2 Il-qiegħa tad-dris u l-magħsar taʼ l-inbid ma jitimgħuhomx,+ u l-inbid ħelu jkun taʼ diżappunt għalihom.+ 3 Ma jibqgħux jgħammru fl-art taʼ Ġeħova,+ u Efrajm imur lura għand l-Eġittu,+ u fl-Assirja se jieklu dak li mhux nadif.+ 4 Mhux se jkomplu jferrgħu l-inbid lil Ġeħova.+ U bis-sagrifiċċji tagħhom hu ma jitgħaxxaqx;+ dawn huma bħall-ħobż taʼ żmien il-vistu+ għalihom; dawk kollha li jieklu minnu se jitniġġsu. Għax il-ħobż tagħhom hu għalihom stess; ma jidħolx fid-dar taʼ Ġeħova.+ 5 X’se tagħmlu intom f’jum il-laqgħa u f’jum il-festa taʼ Ġeħova?+ 6 Għax se jkollhom jitilqu minħabba l-ħerba.+ L-Eġittu se jiġborhom flimkien;+ Memfi+ se tidfinhom. Il-ħurrieq se jiret l-affarijiet mixtiqin tagħhom tal-fidda;+ għollieq se jkun hemm fit-tined tagħhom.+
7 “Il-jiem li tingħata attenzjoni jridu jiġu;+ il-jiem tal-ħlas mistħoqq iridu jiġu.+ In-nies taʼ Israel se jkunu jafuh dan.+ Il-profeta se jkun bħal iblah,+ il-bniedem t’espressjoni mnebbħa se jiġġennen minħabba l-abbundanza taʼ l-iżball tiegħek,+ u minħabba li l-mibegħda hija abbundanti.”
8 L-għassies+ t’Efrajm kien m’Alla tiegħi.+ Inkwantu għall-profeta,+ hemm in-nasba tan-nassâb fit-triqat kollha tiegħu;+ hemm il-mibegħda f’dar Alla tiegħu. 9 Huma involvew ruħhom sew f’li jġibu rovina,+ bħal f’jiem Gibegħa.+ Hu se jiftakar l-iżball tagħhom;+ se jitlob kont taʼ dnubiethom.
10 “Bħall-għeneb fix-xagħri qist lil Israel.+ Bħat-tina bikrija fuq siġra tat-tin fil-bidu tagħha jien rajt lil missirijietkom.+ Imma huma marru għand Bagħal taʼ Pegħor,+ u ddedikaw ruħhom lill-ħaġa taʼ mistħija,+ u saru moqżieża bħall-ħaġa li ħabbew.+ 11 U l-glorja t’Efrajm se ttir bħal għasfur,+ u la jkun hemm twelid, la tqala, u lanqas tnissil.+ 12 Għax għalkemm irabbu ’l uliedhom subien, jien ma nħallilhomx tfal biex ma jkun hemm ebda raġel.+ Iva, gwaj għalihom meta nwarrab minnhom!+ 13 Efrajm, li rajtu bħal Tir imħawwel f’mergħa,+ iva, Efrajm se jkollu joħroġ ’l uliedu għall-qattiel.”+
14 Agħtihom, O Ġeħova, dak li għandek tagħtihom.+ Agħtihom ġuf li ma jżommx tarbija+ u isdra nexfin.
15 “Il-ħażen kollu tagħhom kien f’Gilgal,+ għax hemmhekk kelli nobgħodhom.+ Minħabba l-aġir mill-agħar tagħhom se nkeċċihom minn ġo dari stess.+ Ma nkomplix nurihom imħabba.+ Il-prinċpijiet kollha tagħhom qed iwebbsu rashom.+ 16 Efrajm għandu jiġġarraf.+ L-istess għerq tagħhom għandu jinxef.+ Ma jkollhomx frott.+ Ukoll, fil-każ li jildu, jien noqtlilhom l-affarijiet mixtiqin taʼ ġufhom.”+
17 Alla tiegħi+ jiċħadhom għax ma semgħux minnu,+ u jkunu maħrubin fost il-ġnus.+