22 “‘U intom tridu tħarsu l-istatuti+ kollha tiegħi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ kollha tiegħi u tagħmluhom, sabiex l-art li se niħodkom biex tgħammru fiha ma tobżoqkomx ’il barra.+
64 “U Ġeħova se jxerrdek fost il-popli kollha minn tarf wieħed taʼ l-art sat-tarf l-ieħor taʼ l-art,+ u hemmhekk ikollok taqdi lil allat oħrajn, taʼ l-injam u tal-ġebel,+ li la int ma tafhom, u lanqas missirijietek.
15 U jrid iseħħ li, bħalma ġiet fuqkom il-kelma tajba kollha li qalilkom Ġeħova Alla tagħkom,+ hekk Ġeħova jġib fuqkom il-kelma ħażina kollha sakemm ikun qeridkom għalkollox minn fuq din l-art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom,+
7 jien ukoll neqred lil Israel minn fuq wiċċ l-art li tajtu;+ u d-dar li qaddist għal ismi narmiha minn quddiemi,+ u Israel isir bħal qawl+ u oġġett taʼ tgħajjir fost il-popli kollha.