15 “U jrid iseħħ li jekk ma tismax minn leħen Ġeħova Alla tiegħek biex toqgħod attent li tagħmel il-kmandamenti tiegħu u l-istatuti kollha tiegħu li qed nikkmandak illum, dawn is-saħtiet kollha jiġu fuqek u jilħquk:+
63 “U jrid iseħħ li bħalma Ġeħova feraħ minħabba fikom biex jagħmlilkom il-ġid u jkattarkom,+ hekk Ġeħova jifraħ minħabba fikom biex jeqridkom u jġibkom fix-xejn;+ u titqaċċtu minn fuq wiċċ l-art li int sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+
16 Imma huma kienu jwaqqgħu għaċ-ċajt+ kontinwament lill-messaġġiera taʼ l-Alla l-veru u jistmerru kliemu+ u jiżżuffjettaw+ bil-profeti tiegħu, sakemm il-korla+ taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-poplu tiegħu, sakemm ma kienx hemm fejqan.+
24 u jaqgħu b’xifer is-sejf u jittieħdu lsiera fil-ġnus kollha;+ u Ġerusalemm tintrifes mill-ġnus sakemm jitwettqu ż-żminijiet+ stabbiliti tal-ġnus.