16 Imma huma kienu jwaqqgħu għaċ-ċajt+ kontinwament lill-messaġġiera taʼ l-Alla l-veru u jistmerru kliemu+ u jiżżuffjettaw+ bil-profeti tiegħu, sakemm il-korla+ taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-poplu tiegħu, sakemm ma kienx hemm fejqan.+
3 “Mis-sena tlettax taʼ Ġosija+ bin Amon, is-sultan taʼ Ġuda, sa llum, għal dawn it-tlieta u għoxrin sena, ġiet għandi l-kelma taʼ Ġeħova, u jien kellimtkom kemm-il darba, iva, kont inbakkar fil-għodu biex inkellimkom, imma intom ma smajtux.+
4 “‘Issirux bħal missirijietkom+ li l-profeti taʼ qabel sejħulhom+ u qalulhom: “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Erġgħu lura, jekk jogħġobkom, minn triqatkom il-ħżiena u mill-għemejjel ħżiena tagħkom.’”’+
“‘Imma huma ma semgħux, u ma tawx kasi,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.