15 U Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom, baqaʼ jibgħat iwissihom permezz tal-messaġġiera tiegħu,+ jibgħat darba wara l-oħra, għaliex ħass mogħdrija għall-poplu tiegħu+ u għall-post fejn jgħammar hu.+
13 U issa, talli bqajtu tagħmlu dawn l-għemejjel kollha,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u talli ma smajtux+ avolja kellimtkom kemm-il darba, u kont inbakkar fil-għodu biex inkellimkom,+ u talli ma wiġibtux+ avolja bqajt insejħilkom,
7 Għax lil missirijietkom bqajt inwissihom solennement minn dakinhar li ħriġthom mill-art taʼ l-Eġittu+ sa llum, u kont inbakkar fil-għodu biex inwissihom u ngħidilhom: “Obdu minn leħni.”+
10 Dawn in-nies ħżiena li ma jridux jobdu kliemi,+ li mexjin fl-ebusija taʼ qalbhom,+ u li jibqgħu jimxu wara allat oħrajn sabiex jaqduhom u jmilu quddiemhom,+ se jsiru wkoll bħal dan iċ-ċinturin li m’hu tajjeb għal xejn.’