Għobadija
1 Il-viżjoni t’Għobadija:
Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova dwar Edom:+ “Smajna aħbar mingħand Ġeħova, u ntbagħat xi ħadd fost il-ġnus, ‘Qumu; ejjew inqumu kontrih fil-battalja.’”+
2 “Ara! Żgħir għamiltek fost il-ġnus.+ Int mistmerr ħafna.+ 3 Il-prużunzjoni taʼ qalbek qarrqet bik,+ int li qed tgħammar fix-xquq tal-blat,+ fl-għoli fejn tgħammar, u li qed tgħid f’qalbek, ‘Min se jniżżilni fl-art?’ 4 Jekk togħla ’l fuq bħall-ajkla, jew jekk tqiegħed il-bejta tiegħek fost il-kwiekeb, minn hemmhekk inniżżlek,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.
5 “Jekk jidħlulek il-ħallelin, jekk jidħlu bil-lejl dawk li jridu jisirquk, sa liema punt se jsikktuk?+ Mhux kemm iridu jisirqu? Jew jekk jidħlulek dawk li jaqtgħu l-għeneb, ma jħallux xi tilqit?+ 6 O kemm ġew imfittxin dawk t’Għesaw!+ Kemm sar tiftix għat-teżori moħbijin tiegħu! 7 Sal-fruntiera bagħtuk. L-irġiel kollha li qegħdin f’patt miegħek qarrqu+ bik. L-irġiel li qegħdin fis-sliem miegħek għelbuk.+ Dawk li qed jieklu l-ikel miegħek jonsbulek xibka taħtek bħal wieħed li m’għandux dixxerniment.+ 8 Mhux hekk se jkun dakinhar?” hija l-kelma taʼ Ġeħova.
“U jien żgur li neqred l-għorrief minn Edom,+ u d-dixxerniment mir-reġjun muntanjuż t’Għesaw. 9 U s-setgħanin tiegħek jitwerwru,+ O Teman,+ għax kull wieħed se jinqered+ minn fuq ir-reġjun muntanjuż t’Għesaw, għaliex jinqatel.+ 10 Minħabba l-vjolenza li saret lil ħuk Ġakobb,+ tkun miksi bl-għajb,+ u jkollok tinqered għal żmien indefinit.*+ 11 Dakinhar meta int qgħadt fil-ġenb, dakinhar meta l-istranġieri ħadu fil-jasar+ il-qawwa militari tiegħu u meta l-barranin daħlu minn biebu+ u tefgħu x-xorti għal Ġerusalemm,+ int ukoll kont bħal wieħed minnhom.
12 “U m’għandekx titgħaxxaq b’dak li tara f’jum ħuk,+ f’jum l-għawġ tiegħu; u m’għandekx tithenna b’ulied Ġuda dakinhar li jgħibu;+ u m’għandekx iċċarrat ħalqek f’jum in-niket tagħhom. 13 M’għandekx tidħol minn bieb il-poplu tiegħi f’jum id-diżastru tiegħu.+ Int, iva, int, m’għandekx tħares lejn il-gwaj tiegħu f’jum id-diżastru tiegħu; u m’għandekx tmidd idek fuq ġidu f’jum id-diżastru tiegħu.+ 14 U m’għandekx tieqaf f’salib it-toroq, sabiex teqred il-maħrubin tiegħu;+ u m’għandekx terħihom f’idejn l-għedewwa tagħhom lil dawk li huma tiegħu u li jibqgħu ħajjin f’jum in-niket.+ 15 Għax jum Ġeħova kontra l-ġnus kollha huwa qrib.+ Kif għamilt, jagħmlulek.+ Il-mod kif ittrattajt int se jiġi lura fuq rasek stess.+ 16 Għax kif intom xrobtu fuq il-muntanja qaddisa tiegħi, hekk il-ġnus kollha se jibqgħu jixorbu l-ħin kollu.+ U jixorbu u jlegilgu u jsiru bħallikieku qatt m’eżistew.
17 “U dawk li qed jaħarbu se jkunu fuq il-Muntanja Sijon,+ u din issir xi ħaġa qaddisa;+ u dar Ġakobb tieħu f’idejha l-affarijiet biex ikunu l-proprjetà tagħha.+ 18 U dar Ġakobb issir nar,+ u dar Ġużeppi fjamma, u dar Għesaw bħal tiben;*+ u jridu jagħtuhom in-nar u jibilgħuhom. U ma jkun hemm ħadd li jibqaʼ ħaj f’dar Għesaw;+ għax Ġeħova nnifsu tkellem. 19 U jieħdu f’idejhom in-Negeb, saħansitra r-reġjun muntanjuż t’Għesaw,+ u s-Sefela, art il-Filistin.+ U jieħdu f’idejhom it-territorju t’Efrajm+ u t-territorju tas-Samarija;+ u Benjamin jieħu f’idejh Gilegħad.+ 20 U dak li l-Kangħanin+ kellhom f’idejhom sa Sarefat+ ikun taʼ l-eżiljati taʼ din il-fortifikazzjoni,*+ taʼ wlied Israel. U l-eżiljati taʼ Ġerusalemm, li kienu f’Sefarad, jieħdu f’idejhom il-bliet tan-Negeb.+
21 “U l-meħlusin+ jitilgħu fuq il-Muntanja Sijon,+ sabiex jiġġudikaw ir-reġjun muntanjuż t’Għesaw;+ u s-saltna ssir taʼ Ġeħova.”+