Numri
12 Issa Mirjam u Aron bdew jitkellmu kontra Mosè minħabba l-mara Kusija li kien ħa, għaliex kienet Kusija l-mara li kien ħa.+ 2 U bdew jgħidu: “Jaqaw Ġeħova tkellem permezz taʼ Mosè biss? Mhux permezz tagħna wkoll tkellem?”+ U Ġeħova kien qed jismaʼ kollox.+ 3 U r-raġel Mosè kien bil-wisq l-iktar ġwejjed+ mill-bnedmin kollha li kienu fuq wiċċ l-art.
4 U Ġeħova qal minnufih lil Mosè, lil Aron, u lil Mirjam: “Oħorġu barra, it-tlieta li intom, lejn it-tinda tal-laqgħa.” Għalhekk, it-tlieta li huma ħarġu. 5 Imbagħad Ġeħova niżel f’kolonna tas-sħab+ u qagħad fid-daħla tat-tinda u sejjaħ lil Aron u lil Mirjam. U resqu ’l quddiem it-tnejn li huma. 6 U hu ssokta jgħid: “Isimgħu kliemi, jekk jogħġobkom. Kieku kien hemm xi profeta għal Ġeħova fostkom, kont ngħarraflu min jien f’viżjoni.+ F’ħolma+ kont inkellmu. 7 Mhux hekk mal-qaddej tiegħi Mosè!+ Hu qed jiġi fdat b’dari kollha.+ 8 Wiċċ imbwiċċ inkellmu,+ u b’hekk nurih ċar, u mhux permezz taʼ xi ħaġa moħġaġa;+ u hu jara d-dehra taʼ Ġeħova.+ Allura, għala ma bżajtux titkellmu kontra l-qaddej tiegħi, kontra Mosè?”+
9 U r-rabja taʼ Ġeħova kienet taħraq kontrihom, u telaq. 10 U s-sħaba warrbet minn fuq it-tinda, u, ara, Mirjam intlaqtet bil-ġdiem abjad daqs is-silġ.*+ Imbagħad Aron dar lejn Mirjam, u, ara, kienet intlaqtet bil-ġdiem.+ 11 Fil-pront, Aron qal lil Mosè: “Skużani, sidi! Jekk jogħġbok, tgħoddhulniex id-dnub li għamilna meta aġixxejna bi bluha!+ 12 Jekk jogħġbok, tħallihiex tibqaʼ bħal tarbija li titwieled mejta+ u li ġisimha jkun nofsu mikul meta toħroġ minn ġuf ommha!” 13 U Mosè beda jgħajjat lil Ġeħova u jgħidlu: “O Alla, jekk jogħġbok! Fejjaqha, jekk jogħġbok!”+
14 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Kieku missierha kellu jobżqilha+ direttament f’wiċċha, ma kinitx hi tiġi umiljata għal sebat ijiem? Ħa tinżamm kwarantina+ għal sebat ijiem ’il barra mill-kamp,+ u mbagħad ħa tiġi milqugħa ġewwa.”+ 15 Għaldaqstant, Mirjam inżammet kwarantina għal sebat ijiem ’il barra mill-kamp,+ u l-poplu ma telaqx qabel ma Mirjam ġiet milqugħa ġewwa. 16 U mbagħad il-poplu telaq minn Ħaserot+ u kkampja fix-xagħri tal-Faran.+