Numri
13 Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 2 “Ibgħat xi rġiel biex jitkixxfu l-art taʼ Kangħan, li jien qed nagħti lil ulied Israel.+ Ibagħtu raġel wieħed għal kull tribù taʼ missirijietu, kull wieħed kap ewlieni+ fosthom.”
3 Għalhekk, Mosè bagħathom mix-xagħri tal-Faran+ skond l-ordni taʼ Ġeħova. L-irġiel kollha kienu kapijiet taʼ wlied Israel. 4 U dawn huma l-ismijiet tagħhom: Mit-tribù taʼ Ruben, Sammugħa, bin Żakkur; 5 mit-tribù taʼ Simegħon, Safat, bin Ħori; 6 mit-tribù taʼ Ġuda, Kaleb,+ bin Ġefunne; 7 mit-tribù taʼ Issakar, Igal, bin Ġużeppi; 8 mit-tribù taʼ Efrajm, Ħosegħa,+ bin Nun; 9 mit-tribù taʼ Benjamin, Palti, bin Rafu; 10 mit-tribù taʼ Żebulun, Gaddjel, bin Sodi; 11 mit-tribù taʼ Ġużeppi,+ għat-tribù taʼ Manasse,+ Gaddi, bin Susi; 12 mit-tribù taʼ Dan, Għammijel, bin Gemalli; 13 mit-tribù t’Aser, Setur, bin Mikiel; 14 mit-tribù taʼ Naftali, Naħbi, bin Vofsi; 15 mit-tribù taʼ Gad, Gewel, bin Maki. 16 Dawn huma l-ismijiet taʼ l-irġiel li Mosè bagħat biex jitkixxfu l-art. U Mosè baqaʼ jsejjaħ lil Ħosegħa, bin Nun, Ġeħosugħa.*+
17 Meta kien qed jibgħathom biex jitkixxfu l-art taʼ Kangħan, Mosè qalilhom: “Itilgħu hawnhekk fin-Negeb,+ u tridu titilgħu fir-reġjun muntanjuż.+ 18 U araw kif inhi l-art+ u n-nies li qed jgħammru fiha, jekk humiex b’saħħithom jew dgħajfin, jekk humiex ftit jew ħafna; 19 u kif inhi l-art li qed jgħammru fiha, jekk hix tajba jew ħażina, u kif inhuma l-bliet li qed jgħammru fihom, jekk hux bil-kampijiet jew bil-fortifikazzjonijiet; 20 u kif inhi l-art, jekk hix għammiela jew ħawlija,+ jekk fihiex siġar jew le. U tridu turu li intom kuraġġużi+ u tieħdu ftit mill-frott taʼ l-art.” Issa ż-żmien kien żmien l-ewwel frott misjur taʼ l-għeneb.+
21 Għalhekk, telgħu u tkixxfu l-art mix-xagħri taż-Żin+ sa Reħob,+ sad-daħla taʼ Ħamat.+ 22 Meta telgħu fin-Negeb,+ imbagħad waslu Ħebron.+ U hemmhekk kien hemm Aħiman, Sesaj, u Talmaj,+ ulied Għanak.+ Issa Ħebron+ kienet inbniet sebaʼ snin qabel Sogħan+ taʼ l-Eġittu. 23 Meta waslu fil-wied* t’Eskol,+ qatgħu minn hemmhekk rimja b’għanqud għeneb wieħed.+ U ġarrewha fuq lasta bejn tnejn mill-irġiel, u ġarrew ukoll ftit rummien+ u ftit tin. 24 Dak il-post semmewh il-wied t’Eskol,+ minħabba l-għanqud li wlied Israel qatgħu minn hemmhekk.
25 Sa fl-aħħar, wara erbgħin jum,+ reġgħu lura milli jitkixxfu l-art. 26 Għalhekk, imxew u waslu ħdejn Mosè u Aron u l-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel fix-xagħri tal-Faran, f’Kades.+ U qalulhom b’kollox, lilhom u lill-ġemgħa kollha, u wrewhom il-frott taʼ l-art. 27 U rrakkontawlu u qalulu: “Dħalna fl-art li bgħattna fiha, u din tabilħaqq li tnixxi ħalib u għasel,+ u dan hu l-frott tagħha.+ 28 Minkejja dan, il-fatt hu li n-nies li jgħammru fl-art huma b’saħħithom, u l-bliet fortifikati huma kbar ħafna;+ u, barra minn hekk, hemmhekk rajna lil ulied Għanak.+ 29 L-Għamalekin+ qed jgħammru fl-art tan-Negeb,+ u l-Ħittin u l-Ġebusin+ u l-Amurrin+ qed jgħammru fir-reġjun muntanjuż, u l-Kangħanin+ qed jgħammru ħdejn il-baħar u mal-ġenb tal-Ġordan.”
30 Imbagħad Kaleb+ ipprova jsikket lill-poplu quddiem Mosè u ssokta jgħid: “Ejja nitilgħu minnufih, u niħduha f’idejna, għaliex żgur li nistgħu nirbħulha.”+ 31 Imma l-irġiel li telgħu miegħu qalu: “Ma nistgħux nitilgħu u naħbtu għall-poplu, għaliex hu iktar b’saħħtu minna.”+ 32 U baqgħu jwasslulhom rapport ħażin+ lil ulied Israel dwar l-art li kienu tkixxfu, u qalu: “L-art, li għaddejna minnha biex nitkixxfuha, hija art li tiblaʼ lill-abitanti tagħha; u n-nies kollha li rajna f’nofsha huma rġiel taʼ kobor straordinarju.+ 33 U hemmhekk rajna n-Nefilim, ulied Għanak,+ li ġejjin min-Nefilim; u b’hekk f’għajnejna stess dherna qisna ġurati, u l-istess dherna f’għajnejhom.”+