Numri
24 Meta Balgħam ra li kien tajjeb f’għajnejn Ġeħova li jbierek lil Israel, ma telaqx kif għamel drabi+ oħrajn biex ifittex xi sinjal li bih jaqra l-futur,+ imma dawwar wiċċu lejn ix-xagħri. 2 Meta Balgħam refaʼ għajnejh u ra lil Israel jgħammar fit-tined skond it-tribujiet tiegħu,+ imbagħad l-ispirtu t’Alla niżel fuqu.+ 3 Għalhekk, hu lissen il-kliem t’għerf tiegħu+ u qal:
“Il-kliem taʼ Balgħam, bin Begħor,
U l-kliem tar-raġel b’saħħtu b’għajnejh miftuħin,+
4 Il-kliem taʼ min jismaʼ dak li jgħid Alla,+
Li ra viżjoni taʼ Dak li Jistaʼ Kollox+
Waqt li waqaʼ maʼ l-art b’għajnejh miftuħin:+
5 Kemm huma sbieħ it-tined tiegħek, O Ġakobb, l-għamajjar tiegħek, O Israel!+
6 Bħal widien infirxu ’l bogħod,+
Bħal ġonna ħdejn ix-xmara.+
Bħal pjanti tas-sabbara li ħawwel Ġeħova,
Bħal siġar taċ-ċedru ħdejn l-ilmijiet.+
7 L-ilma jibqaʼ jqattar miż-żewġ bramel tal-ġild tiegħu,
U nislu qiegħed ħdejn ħafna ilmijiet.+
Is-sultan tiegħu+ wkoll ikun ogħla minn Agag,+
U saltnatu tintrefaʼ ’l fuq.+
8 Alla ħarġu mill-Eġittu;
Il-pass mgħaġġel tiegħu hu bħal dak taʼ barri salvaġġ.+
Hu jeqred lill-ġnus, dawk li jaħqruh,+
9 Hu miel, imtedd bħall-iljun,
U, bħal iljun, min jissogra jqajmu?+
Dawk li jberkuk huma mberkin,+
U dawk li jisħtuk huma misħutin.”+
10 U xegħlet ir-rabja taʼ Balak kontra Balgħam u ċapċap idejh,+ u Balak issokta jgħid lil Balgħam: “Jien sejjaħtlek biex tisħet+ lill-għedewwa tiegħi, u, ara, int berikthom fuq li berikthom dawn it-tliet darbiet. 11 U issa aħrab lejn postok. Jien kont għedt bejni u bejn ruħi li żgur kont se nonorak,+ imma, ara, Ġeħova ċaħħdek mill-unur.”
12 U Balgħam qal lil Balak: “Ma kienx ukoll lill-messaġġiera tiegħek, li int bgħatt għandi, li jien kellimt u għedt, 13 ‘Kieku Balak kellu jagħtini daru mimlija fidda u deheb, jien xorta ma nkunx nistaʼ nikser l-ordni taʼ Ġeħova sabiex nagħmel xi ħaġa tajba jew ħażina minn rajja. Dak li jgħidli Ġeħova se ngħid’?+ 14 U issa, ara, jien sejjer għand il-poplu tiegħi. Ejja, ħa nurik+ x’se jagħmillu dan il-poplu lill-poplu tiegħek fi tmiem il-jiem.”+ 15 Għalhekk, hu lissen il-kliem t’għerf tiegħu+ u qal:
“Il-kliem taʼ Balgħam, bin Begħor
U l-kliem tar-raġel b’saħħtu b’għajnejh miftuħin,+
16 Il-kliem taʼ min jismaʼ dak li jgħid Alla,+
U dak li għandu l-għarfien dwar l-Iktar Għoli—
Ra viżjoni taʼ Dak li Jistaʼ Kollox+
Waqt li waqaʼ maʼ l-art b’għajnejh miftuħin:+
Nilmħu, imma mhux qrib.
Kewkba+ toħroġ minn Ġakobb,
U jqum xettru minn Israel.+
U jiftaħ ras Mowab fi tnejn+
U jkisser l-iskutella taʼ kull ras fost ulied il-ħerba.
Iva, Segħir+ irid isir il-wirt taʼ l-għedewwa tiegħu,+
Waqt li Israel ikun qed juri l-kuraġġ tiegħu.
20 Meta ra lil Għamalek, hu kompla jlissen il-kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:+
“L-ewwel wieħed mill-ġnus kien Għamalek,+
Imma l-qerda tiegħu se tkun tmiemu.”+
21 Meta ra lill-Kenin,+ hu kompla jlissen il-kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:
“Għamartek iddum għal żmien twil, u fuq il-blata qiegħda darek.
22 Imma jkun hemm wieħed li jeqred bin-nar lil Qajin.*+
Kemm se ddum l-Assirja biex iġġorrok fil-jasar?”+
23 U kompla jlissen il-kliem t’għerf tiegħu u ssokta jgħid:
“Gwaj! Min se jibqaʼ ħaj meta Alla jagħmel dan?+
24 U jkun hemm iġfna mill-kosta tal-Kittim,+
U dawn jgħakksu lill-Assirja,+
U jgħakksu lill-Għeber.
Imma, maż-żmien, hu wkoll se jgħib.”
25 Imbagħad Balgħam qam u telaq u mar lura lejn pajjiżu.+ U Balak ukoll mar għal triqtu.