Numri
28 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Ikkmanda lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Għandkom toqogħdu attenti li tippreżentawli l-offerta tiegħi, il-ħobż tiegħi,+ għall-offerti tiegħi magħmulin bin-nar bħala riħa pjaċevoli għalija,+ fiż-żminijiet stabbiliti tagħhom.’+
3 “U għidilhom, ‘Din hi l-offerta magħmula bin-nar li għandkom tippreżentaw lil Ġeħova: żewġt iħrief irġiel taʼ sena, li jkunu bla difett, kuljum bħala offerta tal-ħruq offruta regolarment.+ 4 Ħaruf wieħed toffrih fil-għodu, u l-ħaruf l-ieħor toffrih bejn inżul ix-xemx u d-dlam,+ 5 flimkien maʼ wieħed minn għaxra t’efa+ dqiq fin bħala offerta tal-qmuħ+ miblula fil-kwart taʼ ħinn żejt minn żebbuġ misħuq;+ 6 l-offerta tal-ħruq offruta regolarment,+ li kienet offruta fuq il-Muntanja Sinaj bħala riħa pjaċevoli, offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova,+ 7 flimkien maʼ l-offerta tax-xorb li joffru miegħu,+ kwart taʼ ħinn għal kull ħaruf.+ L-offerta tax-xorb, taʼ xorb li jsakkar,+ sawwabha fil-post qaddis lil Ġeħova. 8 U toffri l-ħaruf l-ieħor bejn inżul ix-xemx u d-dlam. Bl-istess offerta tal-qmuħ bħal dik taʼ fil-għodu u bl-istess offerta tax-xorb toffrih bħala offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+
9 “‘Madankollu, f’jum is-Sabat+ ikun hemm żewġt iħrief irġiel taʼ sena, li jkunu bla difett, u tnejn minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-qmuħ miblula fiż-żejt, flimkien maʼ l-offerta tax-xorb li joffru magħha, 10 bħala offerta tal-ħruq tas-Sabat fil-jum tas-Sabat, flimkien maʼ l-offerta tal-ħruq offruta regolarment+ u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
11 “‘U fil-bidu tax-xhur tagħkom lil Ġeħova tippreżentawlu bħala offerta tal-ħruq żewġ barrin żgħar u muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, li jkunu bla difett,+ 12 u tlieta minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-qmuħ+ miblula fiż-żejt għal kull barri u tnejn minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-qmuħ miblula fiż-żejt għall-muntun,+ 13 u wieħed minn għaxra t’efa dqiq fin bħala offerta tal-qmuħ miblula fiż-żejt għal kull ħaruf, bħala offerta tal-ħruq, riħa pjaċevoli,+ offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova. 14 U bħala l-offerti tax-xorb li joffru magħhom għandu jkun hemm nofs+ ħinn inbid għal barri u terz+ taʼ ħinn għall-muntun u kwart+ taʼ ħinn għal ħaruf. Din hi l-offerta tal-ħruq taʼ kull xahar fix-xahar tagħha għax-xhur tas-sena.+ 15 Ukoll, gidi,+ bħala offerta għad-dnub, għandu jiġi offrut lil Ġeħova minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment flimkien maʼ l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
16 “‘U fl-ewwel xahar, fl-erbatax tax-xahar, ikun il-Qbiż taʼ Ġeħova.+ 17 U l-ħmistax taʼ dan ix-xahar ikun festa. Għal sebat ijiem jittiekel ħobż bla ħmira.+ 18 Fl-ewwel jum ikun hemm konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 19 U tridu tippreżentaw bħala offerta magħmula bin-nar, offerta tal-ħruq+ lil Ġeħova, żewġ barrin żgħar u muntun u sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena.+ Qisu li jkunu bla difett.+ 20 U bħala l-offerti tal-qmuħ+ taʼ dqiq fin miblul fiż-żejt tridu toffru tlieta minn għaxra t’efa għall-barri u tnejn minn għaxra t’efa+ għall-muntun. 21 Għandkom toffru wieħed minn għaxra t’efa+ għal kull ħaruf mis-sebat iħrief irġiel; 22 u mogħża bħala offerta għad-dnub biex tagħmel tpattija għalikom.+ 23 Dawn għandkom toffruhom minbarra l-offerta tal-ħruq+ taʼ fil-għodu li trid tiġi offruta regolarment.+ 24 L-istess bħal dawn għandkom toffru kuljum għas-sebat ijiem bħala ħobż,+ offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova.+ Flimkien maʼ l-offerta tal-ħruq offruta regolarment għandha tiġi offruta, kif ukoll l-offerta tax-xorb li joffru magħha. 25 U fis-sebaʼ jum għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+
26 “‘U fil-jum taʼ l-ewwel frott misjur,+ meta tippreżentaw offerta tal-qmuħ ġodda lil Ġeħova, fil-festa tal-ġimgħat+ għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa. Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 27 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-ħruq, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova, żewġ barrin żgħar, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena;+ 28 u bħala l-offerta tal-qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-żejt tlieta minn għaxra t’efa għal kull barri, tnejn minn għaxra t’efa+ għall-muntun, 29 wieħed minn għaxra t’efa+ għal kull ħaruf mis-sebat iħrief irġiel; 30 gidi biex jagħmel tpattija għalikom.+ 31 Minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha għandkom toffruhom.+ Qisu li jkunu bla difett,+ flimkien maʼ l-offerti tax-xorb li joffru magħhom.+