Numri
29 “‘U fis-sebaʼ xahar, fl-ewwel tax-xahar, għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ Għandu jkun għalikom jum tad-daqq tat-trumbetta.+ 2 U toffru bħala offerta tal-ħruq, bħala riħa pjaċevoli lil Ġeħova, barri żgħir, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 3 u bħala l-offerta tal-qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-żejt, tlieta minn għaxra t’efa għall-barri, tnejn minn għaxra t’efa għall-muntun,+ 4 u waħda minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mis-sebat iħrief irġiel;+ 5 u gidi bħala offerta għad-dnub biex jagħmel tpattija għalikom;+ 6 minbarra l-offerta tal-ħruq taʼ kull xahar+ u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha+ u l-offerta tal-ħruq offruta regolarment+ u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha,+ flimkien maʼ l-offerti tax-xorb li joffru magħhom,+ skond il-proċedura regulari għalihom, bħala riħa pjaċevoli, offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova.+
7 “‘U fl-għaxra taʼ dan is-sebaʼ xahar għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa,+ u tridu tgħakksu ruħkom.*+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol.+ 8 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova, bħala riħa pjaċevoli, barri żgħir, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena.+ Qisu li jkunu bla difett.+ 9 U bħala l-offerta tal-qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-żejt tlieta minn għaxra t’efa għall-barri, tnejn minn għaxra t’efa għall-muntun,+ 10 wieħed minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mis-sebat iħrief irġiel;+ 11 gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta għad dnub bħala tpattija+ u l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha, flimkien maʼ l-offerti tax-xorb li joffru magħhom.+
12 “‘U fil-ħmistax tas-sebaʼ xahar+ għandkom tagħmlu konvenzjoni mqaddsa.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz,+ u tridu tiċċelebraw festa lil Ġeħova għal sebat ijiem.+ 13 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-ħruq,+ offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, tlettax-il barri żgħir, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena. Għandhom ikunu bla difett.+ 14 U bħala l-offerta tal-qmuħ taʼ dqiq fin miblul fiż-żejt tlieta minn għaxra t’efa għal kull barri mit-tlettax-il barri, tnejn minn għaxra t’efa għal kull muntun miż-żewġ imtaten,+ 15 u wieħed minn għaxra t’efa għal kull ħaruf mill-erbatax-il ħaruf;+ 16 u gidi bħala offerta għad-dnub, minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
17 “‘U fit-tieni jum tnax-il barri żgħir, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 18 u l-offerta tal-qmuħ+ li joffru magħhom u l-offerti tax-xorb li joffru magħhom+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+ 19 u gidi bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha, flimkien maʼ l-offerti tax-xorb li joffru magħhom.+
20 “‘U fit-tielet jum ħdax-il barri, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 21 u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħhom+ u l-offerti tax-xorb li joffru magħhom+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari; 22 u mogħża bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.
23 “‘U fir-rabaʼ jum għaxar barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 24 l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+ 25 u gidi bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment,+ l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
26 “‘U fil-ħames jum disaʼ barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 27 u l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+ 28 u mogħża bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
29 “‘U fis-sitt jum tmien barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 30 u l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+ 31 u mogħża bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerti tax-xorb li joffru magħha.+
32 “‘U fis-sebaʼ jum sebaʼ barrin, żewġ imtaten, erbatax-il ħaruf kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 33 u l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barrin, għall-imtaten u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari għalihom;+ 34 u mogħża bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment, l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
35 “‘U fit-tmien jum għandkom tagħmlu assemblea solenni.+ Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.+ 36 U tridu tippreżentaw bħala offerta tal-ħruq, offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova, barri, muntun, sebat iħrief irġiel kull wieħed taʼ sena, bla difett;+ 37 u l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ għall-barri, għall-muntun u għall-ħrief irġiel skond l-għadd tagħhom u skond il-proċedura regulari;+ 38 u mogħża waħda bħala offerta għad-dnub,+ minbarra l-offerta tal-ħruq offruta regolarment u l-offerta tal-qmuħ li joffru magħha u l-offerta tax-xorb li joffru magħha.+
39 “‘Dawn toffruhom lil Ġeħova fil-festi taʼ l-istaġuni tagħkom,+ minbarra l-offerti li tagħmlu b’wegħda+ u l-offerti volontarji+ bħala l-offerti tal-ħruq+ u l-offerti tal-qmuħ+ u l-offerti tax-xorb+ u s-sagrifiċċji taʼ sħubija tagħkom.’”+ 40 U Mosè kellem lil ulied Israel skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+