Numri
33 Dawn kienu l-vjaġġi taʼ wlied Israel li ħarġu mill-art taʼ l-Eġittu+ skond l-armati tagħhom+ taħt it-tmexxija taʼ Mosè u Aron.+ 2 U Mosè baqaʼ jirreġistra l-postijiet tat-tluq skond il-vjaġġi tagħhom bl-ordni taʼ Ġeħova; u dawn kienu l-vjaġġi tagħhom minn post tat-tluq għal ieħor:+ 3 U telqu minn Ramesses+ fl-ewwel xahar, fil-ħmistax taʼ l-ewwel xahar.+ Eżatt l-għada tal-Qbiż+ ulied Israel ħarġu b’idhom merfugħa ’l fuq* quddiem għajnejn l-Eġizzjani kollha.+ 4 Sadanittant, l-Eġizzjani kienu qed jidfnu lil dawk li Ġeħova kien laqat fosthom, jiġifieri, l-ewwel imweldin kollha;+ u Ġeħova kien għamel ħaqq minn allathom.+
5 Għalhekk, ulied Israel telqu minn Ramesses+ u kkampjaw f’Sukkot.+ 6 Imbagħad telqu minn Sukkot u kkampjaw f’Etam,+ li qiegħda f’tarf ix-xagħri. 7 Imbagħad telqu minn Etam u daru lura lejn Piħaħirot,+ li qiegħda biswit Bagħal-sefon;+ u kkampjaw quddiem Migdol.+ 8 Imbagħad telqu minn Piħaħirot u għaddew minn nofs il-baħar+ lejn ix-xagħri+ u baqgħu mexjin vjaġġ taʼ tlett ijiem fix-xagħri t’Etam+ u kkampjaw f’Marah.+
9 Imbagħad telqu minn Marah u waslu Elim.+ Issa f’Elim kien hemm tnax-il nixxiegħa taʼ l-ilma u sebgħin siġra tal-palm. Għalhekk, ikkampjaw hemmhekk. 10 Imbagħad telqu minn Elim u kkampjaw ħdejn il-Baħar l-Aħmar. 11 Imbagħad telqu minn ħdejn il-Baħar l-Aħmar u kkampjaw fix-xagħri tas-Sin.+ 12 Imbagħad telqu mix-xagħri tas-Sin u kkampjaw f’Dofka. 13 Iktar tard telqu minn Dofka u kkampjaw f’Alus. 14 Imbagħad telqu minn Alus u kkampjaw f’Refidim.+ U hemmhekk ma kienx hemm ilma biex jixrob il-poplu. 15 Imbagħad telqu minn Refidim u kkampjaw fix-xagħri tas-Sinaj.+
16 Imbagħad telqu mix-xagħri tas-Sinaj u kkampjaw f’Kibrot-ħattawa.+ 17 Imbagħad telqu minn Kibrot-ħattawa u kkampjaw f’Ħaserot.+ 18 Imbagħad telqu minn Ħaserot u kkampjaw f’Ritma. 19 Imbagħad telqu minn Ritma u kkampjaw f’Rimmon-pereż. 20 Imbagħad telqu minn Rimmon-pereż u kkampjaw f’Libna. 21 Iktar tard telqu minn Libna u kkampjaw f’Rissa. 22 Imbagħad telqu minn Rissa u kkampjaw f’Keħelata. 23 Imbagħad telqu minn Keħelata u kkampjaw fuq il-Muntanja Sefer.
24 Imbagħad telqu minn fuq il-Muntanja Sefer u kkampjaw+ f’Ħarada. 25 Imbagħad telqu minn Ħarada u kkampjaw f’Makelot. 26 Imbagħad telqu+ minn Makelot u kkampjaw f’Taħat. 27 Imbagħad telqu minn Taħat u kkampjaw f’Teraħ. 28 Imbagħad telqu minn Teraħ u kkampjaw f’Mitka. 29 Iktar tard telqu minn Mitka u kkampjaw f’Ħasmona. 30 Imbagħad telqu minn Ħasmona u kkampjaw f’Moserot. 31 Imbagħad telqu minn Moserot u kkampjaw f’Bene-ġagħkan.+ 32 Imbagħad telqu minn Bene-ġagħkan u kkampjaw f’Ħor-ħaggidgad. 33 Imbagħad telqu minn Ħor-ħaggidgad u kkampjaw f’Ġotbata.+ 34 Iktar tard telqu minn Ġotbata u kkampjaw f’Għabrona. 35 Imbagħad telqu minn Għabrona u kkampjaw f’Għesjon-geber.+ 36 Imbagħad telqu minn Għesjon-geber u kkampjaw fix-xagħri taż-Żin,+ jiġifieri, Kades.
37 Iktar tard telqu minn Kades u kkampjaw fuq il-Muntanja Ħor,+ fil-fruntiera taʼ l-art t’Edom. 38 U Aron, il-qassis, telaʼ fuq il-Muntanja Ħor skond l-ordni taʼ Ġeħova u miet hemmhekk fis-sena erbgħin wara li wlied Israel ħarġu mill-art taʼ l-Eġittu, fil-ħames xahar, fl-ewwel tax-xahar.+ 39 U Aron kellu mija u tlieta u għoxrin sena meta miet fuq il-Muntanja Ħor.
40 Issa l-Kangħani, is-sultan t’Għarad,+ peress li kien jgħammar fin-Negeb,+ fl-art taʼ Kangħan, semaʼ li ġew ulied Israel.
41 U dawn telqu minn fuq il-Muntanja Ħor+ u kkampjaw f’Salmona. 42 Imbagħad telqu minn Salmona u kkampjaw f’Punon. 43 Imbagħad telqu minn Punon u kkampjaw f’Obot.+ 44 Imbagħad telqu minn Obot u kkampjaw f’Ijje-għabarim fil-fruntiera taʼ Mowab.+ 45 Iktar tard telqu minn Għejjim u kkampjaw f’Dibon-gad.+ 46 Imbagħad telqu minn Dibon-gad u kkampjaw f’Għalmon-diblatajm. 47 Imbagħad telqu minn Għalmon-diblatajm+ u kkampjaw fil-muntanji taʼ l-Għabarim+ quddiem Nebo.+ 48 Fl-aħħar telqu mill-muntanji taʼ l-Għabarim u kkampjaw fil-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab+ biswit il-Ġordan f’Ġeriko. 49 U baqgħu kkampjati biswit il-Ġordan minn Bet-ġesimot+ sa Abel-sittim+ fil-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab.
50 U Ġeħova kellem lil Mosè fil-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab biswit il-Ġordan f’Ġeriko+ u qallu: 51 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Intom se taqsmu l-Ġordan biex tmorru fl-art taʼ Kangħan.+ 52 U keċċu minn quddiemkom l-abitanti kollha taʼ din l-art u eqirdu l-figuri tal-ġebel kollha tagħhom,+ u eqirdu x-xbihat kollha tagħhom magħmulin minn metall imdewweb,+ u ġibu fix-xejn il-postijiet għall-qima* sagri kollha tagħhom.+ 53 U ħudu l-art f’idejkom u għammru fiha, għaliex l-art lilkom se nagħtiha biex tiħduha f’idejkom.+ 54 U qassmu bix-xorti+ l-art għalikom stess biex tkun tagħkom skond il-familji tagħkom.+ Lil min ikun ħafna għandkom iżżidulu l-wirt tiegħu, u lil min ikun ftit għandkom tnaqqsulu l-wirt tiegħu.+ Skond fejn jitlagħlu bix-xorti, hemmhekk isir tiegħu.+ Skond it-tribujiet taʼ missirijietkom għandkom tieħdu għalikom infuskom proprjetà li tikkonsisti f’art.+
55 “‘Iżda, jekk ma tkeċċux minn quddiemkom l-abitanti taʼ l-art,+ dawk li tħallu minnhom isiru bħal tingiż f’għajnejkom u bħal xewk f’ġenbejkom, u tabilħaqq li jaħqrukom fl-art li se tgħammru fiha.+ 56 U jiġri li dak li ħsibt li nagħmel lilhom nagħmlu lilkom.’”+