Kolossin
2 Għax irridkom tirrealizzaw x’taqbida+ kbira qed ikolli għan-nom tagħkom u taʼ dawk f’Laodiċija+ u taʼ dawk kollha li qatt ma rawni wiċċ imbwiċċ, 2 sabiex qlubhom jitfarrġu+ u jingħaqdu flimkien b’mod armonjuż fl-imħabba+ bl-iskop li jiksbu r-rikkezzi kollha—jiġifieri, li jifhmu b’mod ċar u ċert+—u jaslu għal għarfien eżatt dwar is-sigriet sagru t’Alla, jiġifieri, Kristu.+ 3 Fih hemm moħbijin bil-għaqal it-teżori kollha taʼ l-għerf u taʼ l-għarfien.+ 4 Dan qed ngħidu biex ebda bniedem ma jidħaq bikom b’argumenti konvinċenti.+ 5 Għax għalkemm m’iniex magħkom fil-ġisem, xorta waħda qiegħed magħkom fl-ispirtu,+ u nifraħ meta nara kemm qed timxu bl-ordni+ u kemm hi soda l-fidi tagħkom+ fi Kristu.
6 Għalhekk, ladarba aċċettajtu lil Kristu Ġesù l-Mulej, ibqgħu mexjin f’unjoni+ miegħu, 7 agħmlu l-għeruq+ u nbnew+ fih u ssodaw fil-fidi,+ bħalma ġejtu mgħallmin, waqt li troddu ħajr b’abbundanza taʼ fidi.+
8 Oqogħdu attenti li ma jkunx hemm xi ħadd li jaħtafkom+ taħt difrejh b’filosofija+ u qerq fieragħ+ skond it-tradizzjoni tal-bnedmin, skond l-affarijiet elementari+ tad-dinja u mhux skond Kristu; 9 għax fih tgħammar u tidher il-milja+ kollha tad-divinità.+ 10 Għalhekk, permezz tiegħu ma jonqoskom xejn, għax hu l-kap taʼ kull gvern u awtorità.+ 11 Peress li intom imseħbin+ miegħu, kontu ċirkonċiżi+ wkoll b’ċirkonċiżjoni li mhix imwettqa bl-idejn, billi nżajtu l-ġisem midneb,+ biċ-ċirkonċiżjoni tal-Kristu, 12 għax intom kontu midfunin miegħu fil-magħmudija tiegħu,+ u peress li intom imseħbin miegħu kontu wkoll imqajmin+ flimkien bil-fidi tagħkom+ fil-ħidma+ t’Alla, li qajmu mill-mewt.+
13 Iktar minn hekk, għalkemm kontu mejtin fin-nuqqasijiet tagħkom u ma kontux ċirkonċiżi f’ġisimkom, Alla takom il-ħajja flimkien miegħu.+ Hu b’qalb tajba ħafrilna dnubietna kollha+ 14 u ħassar+ il-kitba+ kontra tagħna, li kienet tikkonsisti f’digrieti+ u li kienet topponina,+ u neħħieha min-nofs billi sammarha+ maz-zokk tat-tortura.+ 15 Permezz taʼ dan iz-zokk tat-tortura, neżżaʼ għalkollox lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet,+ u għamel wirja bihom fil-pubbliku, bħala mirbuħin,+ f’parata trijonfali.+
16 Għalhekk, tħallu lill-ebda bniedem jiġġudikakom+ dwar l-ikel u x-xorb+ jew dwar xi festa+ jew xi osservanza tal-qamar ġdid+ jew tas-Sabat;*+ 17 għax dawn l-affarijiet huma dell+ taʼ dak li għandu jiġi, imma r-realtà+ hi tal-Kristu.+ 18 Tħallu lill-ebda bniedem iċaħħadkom+ mill-premju,+ għax hawn min jitgħaxxaq b’umiltà falza u b’għamla taʼ qima lejn l-anġli. Bniedem bħal dan “joqgħod iktar fuq” l-affarijiet li ra; jintefaħ bih innifsu mingħajr raġuni xierqa bil-mentalità tal-laħam midneb, 19 u ma jżommx sod mar-ras,+ maʼ dak li minnu l-ġisem kollu, li hu fornut u magħqud flimkien+ b’mod armonjuż permezz tal-ġogi u l-ligamenti, ikompli jikber bit-tkabbir li jagħtih Alla.+
20 Jekk mittu+ flimkien maʼ Kristu rigward l-affarijiet elementari+ tad-dinja,+ għala qiskom qed tgħixu fid-dinja u tkomplu toqogħdu għad-digrieti:+ 21 “Taqbadx, idduqx,+ u tmissx,”+ 22 f’dawk l-affarijiet li huma kollha destinati għall-qerda peress li jintużaw għalkollox, fi qbil mal-kmandi u t-tagħlim tal-bnedmin?+ 23 Veru li dawn l-affarijiet minn barra jidhru li fihom xi għerf f’atti sforzati taʼ qima u umiltà falza, trattament aħrax tal-ġisem,+ imma ma jiswew xejn fil-ġlieda kontra x-xewqat tal-laħam midneb.+