1 Timotju
1 Pawlu, appostlu+ taʼ Kristu Ġesù bil-kmand t’Alla,+ is-Salvatur tagħna,+ u taʼ Kristu Ġesù, it-tama tagħna,+ 2 lil Timotju,*+ iben ġenwin+ fil-fidi:
Qalb tajba mhix mistħoqqa, ħniena, u paċi mingħand Alla l-Missier u Kristu Ġesù, il-Mulej tagħna.+
3 Bħalma inkuraġġejtek biex tibqaʼ Efesu meta jien kont wasalt biex immur il-Maċedonja,*+ hekk ukoll nagħmel issa, sabiex tordna+ lil ċerti wħud biex ma jgħallmux duttrina differenti,+ 4 u ma jagħtux kas l-istejjer foloz+ u l-ġenealoġiji li ma jwasslu mkien+ u li jqajmu mistoqsijiet għal riċerka minflok ma jwasslu biex titqassam xi ħaġa mingħand Alla li ssaħħaħ il-fidi. 5 Tassew, l-għan taʼ din l-ordni hu l-imħabba+ li tiġi minn qalb nadifa+ u minn kuxjenza tajba+ u minn fidi mingħajr ipokrisija.+ 6 Ċerti wħud warrbu dawn l-affarijiet u daru+ lejn it-tpaċpiċ fil-vojt,+ 7 għax iridu jkunu għalliema+ tal-liġi,+ filwaqt li la qed jifhmu dak li qed jgħidu u lanqas dak li qed jisħqu bil-qawwa dwaru.
8 Issa aħna nafu li l-Liġi hi tajba+ dment li wieħed jinqeda biha skond il-liġi+ 9 billi jkun jaf dan: li l-liġi ma ssirx għal min hu sewwa, imma għal nies bla liġi+ u ribellużi,+ bla devozzjoni lejn Alla u midinbin, neqsin mill-qalb tajba bl-imħabba,+ u jkasbru dak li hu qaddis, qattilin taʼ missirijiet u qattilin t’ommijiet, qattilin taʼ nies oħrajn, 10 żienja,+ irġiel li jimteddu maʼ rġiel, ħattafin taʼ persuni, giddibin, nies li jaħilfu falz,+ u kull ħaġa oħra li hi kontra+ t-tagħlim mimli saħħa+ 11 skond l-aħbar tajba u glorjuża taʼ l-Alla l-hieni,+ li biha kont fdat.+
12 Jien grat lejn Kristu Ġesù, il-Mulej tagħna, li tani l-qawwa, għax qiesni bħala wieħed leali+ billi tani ministeru,+ 13 għalkemm qabel kont midgħi u persekutur+ u raġel insolenti.+ Minkejja dan, intwerejt ħniena,+ għax kont fl-injoranza+ u aġixxejt b’nuqqas taʼ fidi. 14 Imma l-qalb tajba mhix mistħoqqa tal-Mulej tagħna kotrot bla qjies+ flimkien mal-fidi u l-imħabba li hi fi Kristu Ġesù.+ 15 Stqarrija+ li hi minnha u taʼ min jaċċettaha bis-sħiħ hi li Kristu Ġesù ġie fid-dinja biex isalva lill-midinbin,+ li fosthom jien l-iktar li nispikka.+ 16 Minkejja dan, ir-raġuni għala ntwerejt ħniena+ kienet li permezz tiegħi, bħala l-iktar midneb li jispikka, Kristu Ġesù juri l-paċenzja kollha tiegħu bħala mudell għal dawk li se jqiegħdu l-fidi tagħhom+ fih għall-ħajja taʼ dejjem.+
17 Issa lis-Sultan taʼ l-eternità,+ li ma jitħassarx,+ li hu inviżibbli,+ l-uniku Alla,+ ikunu l-unur u l-glorja għal dejjem taʼ dejjem.+ Amen.
18 Din l-ordni+ nerħiha f’idejk, ibni, Timotju, fi qbil mat-tbassir+ li kien immirat direttament għalik, biex b’dan tkompli titqabad fil-gwerra t-tajba;+ 19 u żżomm il-fidi u kuxjenza tajba,+ li xi wħud warrbu,+ u b’hekk ġarrbu nawfraġju fil-fidi tagħhom.+ 20 Imeni+ u Alessandru+ huma minn dawn, u jien għaddejthom lil Satana+ biex bid-dixxiplina jitgħallmu ma jidgħux.+