1 Timotju
4 Madankollu, il-kliem imnebbaħ jgħid fiż-żgur li f’xi żminijiet iktar tard+ xi wħud jitbiegħdu+ mill-fidi għax jagħtu kas kliem imnebbaħ li jqarraq+ u tagħlim tad-demonji,+ 2 u dan minħabba l-gideb+ li jgħidu bnedmin ipokriti li għandhom il-kuxjenza tagħhom+ immarkata qisu b’ħadida mikwija; 3 dawn jipprojbixxu lin-nies milli jiżżewġu+ u jordnaw li ma jittikilx ikel+ li Alla ħalqu+ biex jittiekel b’radd il-ħajr minn dawk li għandhom il-fidi+ u jafu l-verità b’mod eżatt. 4 Ir-raġuni għal dan hi li kulma ħalaq Alla hu tajjeb,+ u xejn m’għandu jiġi rifjutat+ jekk jintlaqaʼ b’radd il-ħajr,+ 5 għax jitqaddes permezz tal-kelma t’Alla u t-talb.
6 Jekk tagħti dawn il-pariri lill-aħwa tkun ministru mill-aħjar taʼ Kristu Ġesù, mitmugħ bil-kliem tal-fidi u taʼ l-aqwa tagħlim+ li int segwejt mill-qrib.+ 7 Imma warrab l-istejjer foloz+ li jipprofanaw dak li hu qaddis u li jirrakkontaw in-nisa xjuħ. Mill-banda l-oħra, ħarreġ lilek innifsek bid-devozzjoni lejn Alla bħala l-mira tiegħek.+ 8 Għax it-taħriġ tal-ġisem hu taʼ benefiċċju għal ftit; imma d-devozzjoni lejn Alla+ hi taʼ benefiċċju għal kollox,+ għax toffri l-wegħda tal-ħajja t’issa u taʼ dik li ġejja.+ 9 Din l-istqarrija hi minnha u taʼ min jaċċettaha bis-sħiħ.+ 10 Għax għal dan l-għan qed naħdmu iebes u nistinkaw,+ għax qegħedna t-tama tagħna+ f’Alla ħaj, li hu s-Salvatur+ taʼ kull xorta taʼ bnedmin,+ speċjalment taʼ wħud leali.+
11 Ibqaʼ agħti u għallem+ dawn l-ordnijiet.+ 12 Tħalli lil ħadd qatt imaqdar żgħożitek.+ Għall-kuntrarju, kun t’eżempju+ għall-uħud leali,+ fil-kliem, fil-kondotta, fl-imħabba, fil-fidi, fis-safa.+ 13 Sakemm niġi, kompli agħti ruħek għall-qari+ pubbliku,+ għat-twiddib, għat-tagħlim. 14 Tittraskurax l-għotja+ li hemm fik u li ngħatatlek permezz taʼ tbassir+ u bit-tqegħid taʼ l-idejn+ fuqek mill-ġemgħa taʼ l-anzjani. 15 Immedita fuq dawn l-affarijiet;+ kun medhi fihom, biex kulħadd jara li qed tavanza.+ 16 Oqgħod attent il-ħin kollu għalik innifsek+ u għat-tagħlim tiegħek.+ Żomm maʼ dawn l-affarijiet, għax jekk tagħmel dan issalva kemm lilek innifsek u kemm lil dawk li jisimgħuk.+