Ġożwè
11 U ġara li malli Ġabin is-sultan taʼ Ħasor semaʼ b’dan, hu bagħat jgħid lil Ġobab is-sultan taʼ Madon+ u lis-sultan taʼ Simron u s-sultan t’Aksaf,+ 2 u lis-slaten li kienu lejn it-tramuntana fir-reġjun muntanjuż u fil-pjanuri tad-deżert fin-nofsinhar taʼ Kinneret+ u fis-Sefela+ u fuq l-għoljiet taʼ Dor+ lejn il-punent, 3 il-Kangħanin+ lejn il-lvant u l-punent, u l-Amurrin+ u l-Ħittin+ u l-Pereżin+ u l-Ġebusin+ fir-reġjun muntanjuż u l-Ħiwwin+ taħt il-Ħermon+ fl-art taʼ Mispa.+ 4 Għalhekk, dawn ħarġu, huma u l-kampijiet kollha tagħhom, poplu numeruż bħar-ramel li hemm f’xatt il-baħar daqskemm kien kotran,+ u ħafna u ħafna żwiemel+ u karrijiet tal-gwerra. 5 Imbagħad dawn is-slaten kollha ltaqgħu flimkien kif ftiehmu u ġew u kkampjaw flimkien ħdejn l-ilmijiet taʼ Merom biex jiġġieldu kontra Israel.+
6 Għal dan, Ġeħova qal lil Ġożwè: “Tibżax minħabba fihom,+ għax għada madwar dan il-ħin se nerħihom kollha maqtulin f’idejn Israel. Liż-żwiemel tagħhom se taqtgħalhom l-għerq t’għarqubhom,+ u l-karrijiet tagħhom se taħraqhom fin-nar.”+ 7 U Ġożwè u l-gwerriera kollha miegħu ġew kontrihom għal għarrieda ħdejn l-ilmijiet taʼ Merom u attakkawhom. 8 Imbagħad Ġeħova tahom f’idejn Israel,+ u huma ħabtu għalihom u ġrew warajhom sa Sidon+ li kellha ħafna abitanti u Misrefot-majm+ u l-pjanura tal-wied taʼ Mispe+ lejn il-lvant; u baqgħu jaħbtu għalihom sakemm ma ħallewlhom ’il ħadd ħaj.+ 9 Wara dan, Ġożwè għamlilhom bħalma kien qallu Ġeħova: liż-żwiemel tagħhom qatgħalhom l-għerq t’għarqubhom,+ u l-karrijiet tagħhom ħaraqhom fin-nar.+
10 Iktar minn hekk, Ġożwè dar lura f’dak iż-żmien+ u rebaħ lil Ħasor;+ u lis-sultan tagħha qatlu bis-sejf,+ għax qabel dan Ħasor kienet fuq dawn is-saltniet kollha. 11 U huma ħabtu għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-sejf u qerduhom.*+ Ma tħalliet ebda ħaġa li tieħu n-nifs,+ u lil Ħasor ħaraqha fin-nar. 12 U Ġożwè rebaħ il-bliet kollha taʼ dawn is-slaten u lis-slaten kollha tagħhom u ħabat għalihom b’xifer is-sejf.+ Hu qeridhom għalkollox,+ bħalma kien ikkmanda Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova.+ 13 Biss il-bliet kollha weqfin fuq l-għoljiet tagħhom Israel ma ħaraqhomx, ħlief għal Ħasor waħedha li ħaraqha Ġożwè. 14 U l-priża kollha taʼ dawn il-bliet u l-annimali domestiċi, ulied Israel ħaduhom għalihom infushom.+ Biss huma ħabtu b’xifer is-sejf għan-nies kollha sakemm kienu qerduhom għalkollox.+ Ma ħallew ’il ħadd li jieħu n-nifs ħaj.+ 15 Bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè l-qaddej tiegħu, hekk ikkmanda Mosè lil Ġożwè,+ u hekk għamel Ġożwè. Ma warrabx kelma minn dak kollu li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+
16 U Ġożwè ħa din l-art kollha, ir-reġjun muntanjuż u n-Negeb+ kollu u l-art kollha taʼ Gosen+ u s-Sefela+ u l-Għaraba+ u r-reġjun muntanjuż taʼ Israel u s-Sefela tiegħu,+ 17 mill-Muntanja Ħalak,+ li titlaʼ lejn is-Segħir,+ sa Bagħal-gad+ fil-pjanura fil-wied tal-Libanu taħt il-Muntanja Ħermon,+ u hu rebaħ lis-slaten kollha tagħhom u ħabat għalihom u tahom il-mewt.+ 18 Ġożwè dam jiggwerra maʼ dawn is-slaten kollha għal ħafna jiem. 19 Ma kien hemm ebda belt li għamlet paċi maʼ wlied Israel ħlief il-Ħiwwin+ li kienu jgħammru f’Gibegħon.+ L-oħrajn kollha ħaduhom bil-gwerra.+ 20 Għax il-mod kif mexa magħhom Ġeħova kien li ħalla lil qlubhom isiru stinati+ sabiex jiddikjaraw gwerra kontra Israel, biex b’hekk hu jiddedikahom għall-qerda, ħalli ma jintwerew ebda ħniena,+ imma jeqridhom għalkollox, bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+
21 Iktar minn hekk, f’dak iż-żmien partikulari Ġożwè mar u qaċċat l-Għanakin+ mir-reġjun muntanjuż, minn Ħebron, minn Debir, minn Għanab,+ u mir-reġjun muntanjuż kollu taʼ Ġuda, u mir-reġjun muntanjuż kollu taʼ Israel.+ Ġożwè qeridhom għalkollox+ flimkien maʼ bliethom. 22 L-Għanakin ma tħallewx fl-art taʼ wlied Israel. Baqgħu+ biss f’Gaża,+ Gat,+ u Asdod.+ 23 Għalhekk, Ġożwè ħa l-art kollha, skond kulma Ġeħova kien wiegħed lil Mosè,+ u Ġożwè mbagħad taha bħala wirt lil Israel skond l-ishma tagħhom, skond it-tribujiet tagħhom.+ U l-art ma ġietx imfixkla mill-gwerra.+