Ġożwè
12 Issa dawn huma s-slaten taʼ l-art li għelbu wlied Israel u li mbagħad ħadu arthom f’idejhom fuq in-naħa tal-Ġordan lejn tlugħ ix-xemx,+ mill-wied* taʼ l-Arnon+ sal-Muntanja Ħermon+ u l-Għaraba kollha+ lejn tlugħ ix-xemx: 2 Siħon+ is-sultan taʼ l-Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon,+ li kien jaħkem minn Għarogħer,+ li kienet max-xatt tal-wied taʼ l-Arnon,+ u nofs il-wied, u nofs Gilegħad sal-wied tal-Ġabbok,+ il-fruntiera taʼ wlied Għammon, 3 u l-Għaraba+ sal-baħar* taʼ Kinneret+ lejn il-lvant u sal-baħar taʼ l-Għaraba, il-Baħar il-Mielaħ,+ lejn il-lvant fid-direzzjoni taʼ Bet-ġesimot,+ u lejn in-nofsinhar taħt it-tlajjaʼ tal-Pisga.+
4 U ħadu t-territorju t’Għog+ is-sultan tal-Basan, taʼ dak li kien baqaʼ mir-Refajin,+ li kien jgħammar f’Għastarot+ u Edrej,+ 5 u li kien jaħkem fuq il-Muntanja Ħermon+ u f’Saleka u fil-Basan kollu,+ sal-fruntiera tal-Gesurin+ u l-Magħkatin,+ u nofs Gilegħad, sat-territorju taʼ Siħon+ is-sultan taʼ Ħesbon.+
6 Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova u wlied Israel kienu għelbuhom,+ u mbagħad Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova ta t-territorju tagħhom lir-Rubenin+ u lill-Gadin+ u lil nofs it-tribù taʼ Manasse+ bħala proprjetà tagħhom.
7 U dawn huma s-slaten taʼ l-art li għelbu Ġożwè u wlied Israel fuq in-naħa tal-Ġordan lejn il-punent, minn Bagħal-gad+ fil-pjanura fil-wied tal-Libanu+ sal-Muntanja Ħalak,+ li titlaʼ lejn is-Segħir,+ u wara dan Ġożwè ta din l-art bħala proprjetà lit-tribujiet taʼ Israel skond l-ishma tagħhom,+ 8 fir-reġjun muntanjuż u fis-Sefela u fl-Għaraba u fuq it-tlajjaʼ u fix-xagħri u fin-Negeb+—il-Ħittin, l-Amurrin+ u l-Kangħanin, il-Pereżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin:+
9 Is-sultan taʼ Ġeriko,+ wieħed; is-sultan t’Għaj,+ li kienet ħdejn Betel, wieħed;
10 is-sultan taʼ Ġerusalemm,+ wieħed; is-sultan taʼ Ħebron,+ wieħed;
11 is-sultan taʼ Ġarmut,+ wieħed; is-sultan taʼ Lakis,+ wieħed;
12 is-sultan t’Għeglon,+ wieħed; is-sultan taʼ Geżer,+ wieħed;
13 is-sultan taʼ Debir,+ wieħed; is-sultan taʼ Geder, wieħed;
14 is-sultan taʼ Ħorma, wieħed; is-sultan t’Għarad, wieħed;
15 is-sultan taʼ Libna,+ wieħed; is-sultan t’Għadullam, wieħed;
16 is-sultan taʼ Makkeda,+ wieħed; is-sultan taʼ Betel,+ wieħed;
17 is-sultan taʼ Taffugħa, wieħed; is-sultan taʼ Ħefer,+ wieħed;
18 is-sultan t’Afek, wieħed; is-sultan taʼ Lassaron, wieħed;
19 is-sultan taʼ Madon,+ wieħed; is-sultan taʼ Ħasor,+ wieħed;
20 is-sultan taʼ Simron-meron, wieħed; is-sultan t’Aksaf,+ wieħed;
21 is-sultan taʼ Tagħnak, wieħed; is-sultan taʼ Megiddo,+ wieħed;
22 is-sultan taʼ Kedes, wieħed; is-sultan taʼ Ġoknegħam+ fil-Karmel, wieħed;
23 is-sultan taʼ Dor fuq l-għoljiet taʼ Dor,+ wieħed; is-sultan taʼ Gojjim f’Gilgal, wieħed;
24 is-sultan taʼ Tirsa, wieħed;
b’kollox is-slaten huma wieħed u tletin.+