Ġożwè
13 Issa Ġożwè kien xiħ, imdaħħal fiż-żmien.+ Għalhekk, Ġeħova qallu: “Int issa xiħ u mdaħħal fiż-żmien, u għad baqaʼ parti kbira ferm mill-art li trid tittieħed bħala proprjetà.+ 2 Din hi l-art li għad baqaʼ:+ ir-reġjuni kollha tal-Filistin+ u tal-Gesurin+ kollha 3 (mill-fergħa tan-Nil li tinsab quddiem l-Eġittu sal-fruntiera t’Għekron lejn it-tramuntana,+ it-territorju kien jitqies tal-Kangħanin);+ ħames sidien alleati+ tal-Filistin, il-Gażin+ u l-Asdodin,+ l-Askelonin,+ il-Gittin+ u l-Għekronin;+ u l-Għawwin.+ 4 Lejn in-nofsinhar l-art kollha tal-Kangħanin; u Meara, li hi tas-Sidonin,+ s’Afek, sal-fruntiera taʼ l-Amurrin; 5 u l-art tal-Gebalin+ u l-Libanu kollu lejn tlugħ ix-xemx, minn Bagħal-gad+ taħt il-Muntanja Ħermon sad-daħla taʼ Ħamat;+ 6 l-abitanti kollha tar-reġjun muntanjuż, mil-Libanu+ sa Misrefot-majm,+ is-Sidonin kollha;+ jien innifsi se niħdilhom il-proprjetà tagħhom quddiem ulied Israel.+ Biss agħtiha lil Israel bħala wirt, bħalma kkmandajtek.+ 7 U issa qassam din l-art bħala wirt lid-disaʼ tribujiet u lil nofs it-tribù taʼ Manasse.”+
8 Flimkien man-nofs l-ieħor tat-tribù taʼ Manasse, ir-Rubenin u l-Gadin ħadu wirthom li tahom Mosè fuq in-naħa tal-Ġordan lejn il-lvant, bħalma kien tahom+ Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova, 9 minn Għarogħer,+ li qiegħda f’xatt il-wied taʼ l-Arnon,+ u l-belt f’nofs il-wied, u l-pjanura kollha fl-għoli taʼ Medeba+ sa Dibon;+ 10 u l-bliet kollha taʼ Siħon is-sultan taʼ l-Amurrin, li saltan f’Ħesbon, sal-fruntiera taʼ wlied Għammon;+ 11 u Gilegħad u t-territorju tal-Gesurin+ u l-Magħkatin u l-Muntanja Ħermon kollha+ u l-Basan kollu+ sa Saleka;+ 12 it-territorju rjali kollu t’Għog+ fil-Basan, li saltan f’Għastarot u f’Edrej+—hu kien baqaʼ mill-bqija tar-Refajin+—u Mosè ħabat għalihom u ħadilhom il-proprjetà tagħhom.+ 13 U wlied Israel ma ħadux il-proprjetà+ tal-Gesurin u l-Magħkatin, imma l-Gesuri+ u l-Magħkati għadhom jgħammru f’nofs Israel sa llum.
14 Lit-tribù tal-Leviti biss ma tahx wirt.+ L-offerti magħmulin bin-nar+ lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel huma wirthom,+ sewwasew bħalma wegħedhom.+
15 U Mosè ta għotja lit-tribù taʼ wlied Ruben skond il-familji tagħhom, 16 u t-territorju li ħadu kien minn Għarogħer,+ li qiegħda f’xatt il-wied taʼ l-Arnon, u l-belt f’nofs il-wied, u l-pjanura kollha fl-għoli ħdejn Medeba;+ 17 Ħesbon+ u l-bliet kollha tagħha+ li huma fuq il-pjanura fl-għoli, Dibon+ u Bamot-bagħal+ u Bet-bagħal-megħon,+ 18 u Ġaħas+ u Kedemot+ u Mefgħat,+ 19 u Kirjatajm+ u Sibma+ u Seret-saħar fuq il-muntanja tal-pjanura l-baxxa, 20 u Bet-pegħor u t-tlajjaʼ tal-Pisga+ u Bet-ġesimot,+ 21 u l-bliet kollha tal-pjanura fl-għoli+ u t-territorju rjali kollu taʼ Siħon is-sultan taʼ l-Amurrin, li saltan f’Ħesbon,+ u li Mosè ħabat għalih,+ kif ukoll għall-kapijiet ewlenin tat-tribujiet taʼ Midjan, Evi u Rekem u Żur u Ħur u Reba,+ id-duki taʼ Siħon, li kienu qed jgħammru f’dik l-art. 22 U Balgħam bin Begħor,+ is-saħħâr,+ kien wieħed li nqatel bis-sejf minn ulied Israel flimkien maʼ dawk li ġew maqtulin minnhom. 23 U l-fruntiera taʼ wlied Ruben kienet il-Ġordan; u dan it-territorju, bil-bliet u l-irħula tagħhom, kien il-wirt taʼ wlied Ruben+ skond il-familji tagħhom.
24 Iktar minn hekk, Mosè ta għotja lit-tribù taʼ Gad, ulied Gad skond il-familji tagħhom,+ 25 u t-territorju tagħhom kien Ġagħżer+ u l-bliet kollha taʼ Gilegħad+ u nofs l-art taʼ wlied Għammon+ s’Għarogħer,+ li qiegħda quddiem Rabba;+ 26 u minn Ħesbon+ sa Ramat-mispe u Betonim u minn Maħanajm+ sal-fruntiera taʼ Debir;+ 27 u fil-pjanura l-baxxa Bet-ħaram+ u Bet-nimra+ u Sukkot+ u Safon, il-bqija tat-territorju rjali taʼ Siħon is-sultan taʼ Ħesbon,+ bil-Ġordan bħala l-fruntiera sa tarf il-baħar taʼ Kinneret+ fuq in-naħa tal-Ġordan lejn il-lvant. 28 Dan it-territorju, bil-bliet u l-irħula tagħhom, kien il-wirt taʼ wlied Gad+ skond il-familji tagħhom.
29 Iktar minn hekk, Mosè ta għotja lil nofs it-tribù taʼ Manasse, u din saret taʼ nofs it-tribù taʼ wlied Manasse skond il-familji tagħhom.+ 30 U t-territorju tagħhom kien minn Maħanajm+ u kien jinkludi l-Basan kollu, it-territorju rjali kollu t’Għog is-sultan tal-Basan,+ u l-irħula kollha tat-tined taʼ Ġajir+ li huma fil-Basan, sittin belt. 31 U nofs Gilegħad, u Għastarot+ u Edrej,+ il-bliet tat-territorju rjali t’Għog fil-Basan, marru għand ulied Makir+ bin Manasse, għand nofs ulied Makir skond il-familji tagħhom.
32 Dawn tahom Mosè bħala wirt, fuq il-pjanuri tad-deżert taʼ Mowab fuq in-naħa tal-Ġordan, qrib Ġeriko, lejn il-lvant.+
33 U lit-tribù tal-Leviti Mosè ma tahx wirt.+ Ġeħova l-Alla taʼ Israel hu wirthom, sewwasew bħalma wegħedhom.+