Numri
34 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Ordna lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Intom se tidħlu fl-art taʼ Kangħan.+ Din hi l-art li se tmisskom b’wirt,+ l-art taʼ Kangħan skond il-fruntieri tagħha.+
3 “‘U n-naħa tan-nofsinhar tagħkom tkun mix-xagħri taż-Żin maġenb Edom,+ u l-fruntiera tagħkom tan-nofsinhar tkun minn tarf il-Baħar il-Mielaħ+ in-naħa tal-lvant. 4 U l-fruntiera tagħkom tbiddel id-direzzjoni min-naħa tan-nofsinhar tat-telgħa t’Għakrabbim+ u taqsam lejn iż-Żin, u tispiċċa fin-nofsinhar taʼ Kades-barnegħa;+ u tibqaʼ sejra sa Ħasar-addar+ u tgħaddi lejn Għasmon. 5 U l-fruntiera tbiddel id-direzzjoni f’Għasmon lejn il-wied* taʼ l-Eġittu,+ u tispiċċa ħdejn il-Baħar.*+
6 “‘Il-Baħar il-Kbir u l-kosta jkunu għalikom fruntiera tal-punent.+ Din tkun il-fruntiera tagħkom tal-punent.
7 “‘Issa din tkun il-fruntiera tagħkom tat-tramuntana: Mill-Baħar il-Kbir timmarkaw sal-Muntanja Ħor+ bħala fruntiera għalikom. 8 Mill-Muntanja Ħor timmarkaw il-fruntiera sad-daħla taʼ Ħamat,+ u l-fruntiera tispiċċa f’Sedad.+ 9 U l-fruntiera tibqaʼ sejra sa Żifron, u tispiċċa f’Ħasar-għenan.+ Din tkun il-fruntiera tagħkom tat-tramuntana.
10 “‘Imbagħad timmarkaw għalikom bħala l-fruntiera tagħkom fin-naħa tal-lvant minn Ħasar-għenan sa Sefam. 11 U l-fruntiera tinżel minn Sefam lejn Ribla fil-lvant t’Għajn, u l-fruntiera tinżel u tasal san-niżla tal-lvant tal-baħar taʼ Kinneret.*+ 12 U l-fruntiera tinżel sal-Ġordan u tispiċċa fil-Baħar il-Mielaħ.+ Din tkun artkom+ skond il-fruntieri tagħha dawramejt.’”
13 Għalhekk, Mosè ordna lil ulied Israel u qalilhom: “Din hi l-art li għandkom tqassmu bix-xorti+ għalikom stess biex tkun tagħkom, sewwasew bħalma Ġeħova kkmanda li għandha tingħata lid-disaʼ tribujiet u nofs.+ 14 Għax it-tribù taʼ wlied ir-Rubenin skond dar missirijiethom u t-tribù taʼ wlied il-Gadin skond dar missirijiethom diġà ħadu l-wirt tagħhom,+ u nofs it-tribù taʼ Manasse diġà ħaduh ukoll. 15 Iż-żewġ tribujiet u nofs diġà ħadu l-wirt tagħhom mir-reġjun tal-Ġordan biswit Ġeriko lejn il-lvant, lejn tlugħ ix-xemx.”+
16 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 17 “Dawn huma l-ismijiet taʼ l-irġiel li se jqassmulkom l-art biex tkun tagħkom, Elegħażar,+ il-qassis, u Ġożwè, bin Nun.+ 18 U tieħdu kap ewlieni minn kull tribù biex iqassam l-art bħala wirt.+ 19 U dawn huma l-ismijiet taʼ l-irġiel: Mit-tribù taʼ Ġuda,+ Kaleb, bin Ġefunne;+ 20 u mit-tribù taʼ wlied Simegħon,+ Semwel, bin Għammiħud; 21 mit-tribù taʼ Benjamin,+ Elidad, bin Kislon; 22 u mit-tribù taʼ wlied Dan,+ il-kap ewlieni Bukki, bin Ġogli; 23 minn ulied Ġużeppi,+ mit-tribù taʼ wlied Manasse,+ il-kap ewlieni Ħannijel, bin Efod; 24 u mit-tribù taʼ wlied Efrajm,+ il-kap ewlieni Kemwel, bin Siftan; 25 u mit-tribù taʼ wlied Żebulun,+ il-kap ewlieni Elisafan, bin Parnak; 26 u mit-tribù taʼ wlied Issakar,+ il-kap ewlieni Paltijel, bin Għażżan; 27 u mit-tribù taʼ wlied Aser,+ il-kap ewlieni Aħiħud, bin Selomi; 28 u mit-tribù taʼ wlied Naftali,+ il-kap ewlieni Pedaħel, bin Għammiħud.” 29 Dawn huma dawk li Ġeħova kkmandahom biex jagħmlu lil ulied Israel sidien l-art li ngħataw fl-art taʼ Kangħan.+