Ġożwè
22 F’dak iż-żmien Ġożwè sejjaħ lir-Rubenin u lill-Gadin u lil nofs it-tribù taʼ Manasse+ 2 u qalilhom: “Min-naħa tagħkom, ħaristu kulma kkmandakom+ Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova, u kontu ubbidjenti lejn leħni f’kulma kkmandajtkom.+ 3 Ma tlaqtux lil ħutkom dan iż-żmien kollu+ sa llum, u ħaristu l-obbligu tal-kmandament taʼ Ġeħova Alla tagħkom.+ 4 U issa Ġeħova Alla tagħkom ta l-mistrieħ lil ħutkom, bħalma wegħedhom.+ Mela, issa, duru u morru lejn it-tined tagħkom fl-art li hi l-proprjetà tagħkom, li Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova takom fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan.+ 5 Biss oqogħdu attenti ferm li twettqu l-kmandament+ u l-liġi li Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova kkmandakom billi tħobbu lil Ġeħova Alla tagħkom+ u billi timxu fi triqatu kollha+ u tħarsu l-kmandamenti tiegħu+ u tibqgħu mqabbdin miegħu+ u taqduh+ b’qalbkom kollha+ u b’ruħkom kollha.”+
6 Imbagħad Ġożwè berikhom+ u bagħathom u huma marru lejn it-tined tagħhom. 7 U lil nofs it-tribù taʼ Manasse Mosè kien tah għotja fil-Basan,+ u lin-nofs l-ieħor Ġożwè tah għotja maʼ ħuthom fuq in-naħa tal-Ġordan lejn il-punent.+ U Ġożwè bierek lilhom ukoll meta bagħathom lejn it-tined tagħhom. 8 U kompla jgħidilhom: “Erġgħu lura lejn it-tined tagħkom b’ħafna rikkezzi u b’għadd kbir taʼ bhejjem, b’fidda u deheb u ram aħmar u ħadid u lbiesi fi kwantità kbira ferm.+ Ħudu sehemkom mill-priża+ taʼ l-għedewwa tagħkom flimkien maʼ ħutkom.”
9 Imbagħad ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù taʼ Manasse reġgħu lura u telqu lill-ulied l-oħrajn taʼ Israel f’Silo, li qiegħda fl-art taʼ Kangħan, sabiex imorru lejn l-art taʼ Gilegħad,+ lejn arthom li kienu qagħdu fiha bl-ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+ 10 Meta waslu fl-inħawi tal-Ġordan li kienu fl-art taʼ Kangħan, ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù taʼ Manasse bnew artal hemmhekk ħdejn il-Ġordan, artal+ li kien jispikka ħafna. 11 Iktar tard l-ulied l-oħrajn taʼ Israel semgħu+ lil min jgħid: “Ara! Ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù taʼ Manasse bnew artal mal-fruntiera taʼ l-art taʼ Kangħan fl-inħawi tal-Ġordan fuq in-naħa li hi taʼ wlied Israel.” 12 Meta wlied Israel semgħu b’dan, il-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel+ iltaqgħu f’Silo+ biex jitilgħu jiggwerraw kontrihom.+
13 Imbagħad ulied Israel bagħtu+ għand ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù taʼ Manasse fl-art taʼ Gilegħad lil Fineħas+ bin Elegħażar il-qassis, 14 u għaxar kapijiet ewlenin miegħu, kap ewlieni taʼ kull familja min-naħa tal-missier tat-tribujiet kollha taʼ Israel, u kull wieħed minnhom kien kap tad-dar taʼ missirijietu fost l-eluf taʼ Israel.+ 15 U huma ġew għand ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù taʼ Manasse fl-art taʼ Gilegħad u kellmuhom+ u qalulhom:
16 “Hekk qalet il-ġemgħa kollha taʼ Ġeħova,+ ‘X’inhu dan l-att taʼ infedeltà+ li wettaqtu kontra l-Alla taʼ Israel? Għala dortu+ lura llum milli timxu wara Ġeħova u bnejtu artal għalikom,+ biex illum tirribellaw kontra Ġeħova? 17 Kien l-iżball taʼ Pegħor+ żgħir wisq għalina, li sa llum għadna ma tnaddafniex minnu, għalkemm ġie l-kastig fuq il-ġemgħa taʼ Ġeħova?+ 18 U tridu intom idduru lura llum milli timxu wara Ġeħova? Imma jrid iseħħ li jekk intom, min-naħa tagħkom, tirribellaw illum kontra Ġeħova, għada hu jagħdab kontra l-ġemgħa kollha kemm hi.+ 19 Issa jekk l-art li għandkom bħala proprjetà fil-fatt m’hijiex nadifa,+ aqsmu għan-naħa l-oħra lejn l-art li hi proprjetà taʼ Ġeħova+ fejn jinsab it-tabernaklu* taʼ Ġeħova,+ u ibqgħu f’nofsna; u tirribellawx kontra Ġeħova, u ġġegħlux lilna nkunu ribelli billi tibnu għalikom artal minbarra l-artal taʼ Ġeħova Alla tagħna.+ 20 Ma kienx Għakan+ bin Żeraħ li wettaq att taʼ infedeltà bil-ħaġa dedikata għall-qerda,* u l-għadab mhux kontra l-ġemgħa kollha taʼ Israel ġie?+ U hu ma kienx l-uniku wieħed li miet minħabba l-iżball tiegħu.’”+
21 Għal dan, ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-tribù taʼ Manasse wieġbu+ u qalu lill-kapijiet taʼ l-eluf taʼ Israel:+ 22 “Id-Divin,+ Alla,+ Ġeħova, id-Divin, Alla, Ġeħova,+ hu jaf,+ u Israel ukoll se jkun jaf.+ Jekk kien hemm irvell+ u jekk kien hemm infedeltà kontra Ġeħova,+ issalvaniex illum. 23 Jekk bnejna artal għalina biex induru lura milli nimxu wara Ġeħova, u jekk għamilna dan biex noffru offerti tal-ħruq u offerti tal-qmuħ fuqu,+ u jekk għamilna dan biex noffru sagrifiċċji taʼ sħubija fuqu, Ġeħova nnifsu se jikkunsidra l-każ;+ 24 jew jekk kienx pjuttost minħabba li inkwetajna dwar xi ħaġa oħra li għamilna dan, għax għedna, ‘Xi darba fil-futur uliedkom se jgħidu lil uliedna: “X’għandkom x’taqsmu maʼ Ġeħova l-Alla taʼ Israel? 25 U Ġeħova qiegħed fruntiera bejnna u bejnkom, ulied Ruben u wlied Gad, jiġifieri, il-Ġordan. Intom m’għandkom ebda sehem f’Ġeħova.”+ U wliedkom iwaqqfu lil uliedna milli jibżgħu minn Ġeħova.’+
26 “Għalhekk għedna, ‘Ejjew issa naġixxu għan-nom tagħna, billi nibnu l-artal, mhux għall-offerti tal-ħruq u lanqas għas-sagrifiċċji, 27 imma biex jistaʼ jkun xiehda bejnna+ u bejnkom u l-ġenerazzjonijiet tagħna warajna li se nwettqu s-servizz taʼ Ġeħova quddiemu bl-offerti tal-ħruq u s-sagrifiċċji taʼ sħubija u sagrifiċċji oħrajn li nagħmlu,+ biex uliedkom ma jgħidux lil uliedna xi darba fil-futur: “Intom m’għandkom ebda sehem f’Ġeħova.”’ 28 Għalhekk, għedna, ‘U jekk xi darba fil-futur jgħidu dan lilna u lill-ġenerazzjonijiet tagħna, aħna ngħidulhom: “Araw ir-rappreżentazzjoni taʼ l-artal taʼ Ġeħova li għamlu missirijietna, mhux għall-offerti tal-ħruq u lanqas għas-sagrifiċċji, imma bħala xiehda bejnna u bejnkom.”’ 29 Lanqas biss jgħaddilna minn moħħna, min-naħa tagħna, li nirribellaw minn jeddna kontra Ġeħova u li nduru lura llum milli nimxu wara Ġeħova+ billi nibnu artal għall-offerti tal-ħruq, l-offerti tal-qmuħ u s-sagrifiċċji minbarra l-artal taʼ Ġeħova Alla tagħna li qiegħed quddiem it-tabernaklu tiegħu!”+
30 Issa meta Fineħas+ il-qassis u l-kapijiet ewlenin tal-ġemgħa+ u l-kapijiet taʼ l-eluf taʼ Israel li kienu miegħu semgħu l-kliem li qalu wlied Ruben u wlied Gad u wlied Manasse, dan kien tajjeb f’għajnejhom. 31 Għalhekk, Fineħas bin Elegħażar il-qassis qal lil ulied Ruben u wlied Gad u wlied Manasse: “Illum nafu li Ġeħova qiegħed f’nofsna,+ għax intom ma wettaqtux dan l-att taʼ infedeltà kontra Ġeħova. Issa intom ħlistu lil ulied Israel minn id Ġeħova.”+
32 Wara dan, Fineħas bin Elegħażar il-qassis u l-kapijiet ewlenin irritornaw+ mingħand ulied Ruben u wlied Gad fl-art taʼ Gilegħad lejn l-art taʼ Kangħan għand l-ulied l-oħrajn taʼ Israel u wasslulhom ir-risposta.+ 33 U dak li qalu kien tajjeb f’għajnejn ulied Israel; u wlied Israel bierku lil Alla,+ u ma tkellmux dwar li jitilgħu jiggwerraw kontrihom biex jirrovinaw l-art li kienu qed jgħammru fiha wlied Ruben u wlied Gad.
34 U wlied Ruben u wlied Gad taw isem lill-artal, għax “hu xiehda bejnietna li Ġeħova hu l-Alla l-veru.”+