Ġożwè
21 Il-kapijiet taʼ missirijiet il-Leviti issa resqu lejn Elegħażar+ il-qassis u Ġożwè+ bin Nun u l-kapijiet taʼ missirijiet it-tribujiet taʼ wlied Israel, 2 u kellmuhom f’Silo+ fl-art taʼ Kangħan, u qalulhom: “Ġeħova permezz taʼ Mosè kkmanda li jingħatawlna bliet biex ngħammru fihom, flimkien mal-mergħat tagħhom għall-annimali domestiċi tagħna.”+ 3 Għalhekk, ulied Israel taw lil-Leviti,+ bl-ordni taʼ Ġeħova, dawn il-bliet u l-mergħat tagħhom minn wirthom.+
4 Imbagħad ħarġet ix-xorti għall-familji tal-Keħatin,+ u tlettax-il belt saru taʼ wlied Aron il-qassis, tal-Leviti, bix-xorti, mit-tribù taʼ Ġuda+ u mit-tribù tas-Simegħonin+ u mit-tribù taʼ Benjamin.+
5 U lil ulied Keħat+ li kien baqaʼ messhom bix-xorti għaxart ibliet mill-familji tat-tribù t’Efrajm+ u mit-tribù taʼ Dan+ u minn nofs it-tribù taʼ Manasse.+
6 U lil ulied Gerson+ messhom bix-xorti tlettax-il belt mill-familji tat-tribù taʼ Issakar+ u mit-tribù t’Aser+ u mit-tribù taʼ Naftali+ u minn nofs it-tribù taʼ Manasse fil-Basan.+
7 Lil ulied Merari+ skond il-familji tagħhom messhom tnax-il belt mit-tribù taʼ Ruben+ u mit-tribù taʼ Gad+ u mit-tribù taʼ Żebulun.+
8 B’hekk, ulied Israel taw lil-Leviti dawn il-bliet u l-mergħat tagħhom+ bix-xorti,+ bħalma kien ikkmanda Ġeħova permezz taʼ Mosè.+
9 Għalhekk, mit-tribù taʼ wlied Ġuda u mit-tribù taʼ wlied Simegħon huma taw dawn il-bliet li kienu msemmijin b’isimhom,+ 10 u saru taʼ wlied Aron, waħda mill-familji tal-Keħatin, taʼ wlied Levi, għax l-ewwel xorti kienet tagħhom.+ 11 B’hekk, tawhom Kirjat-arba+ (dan Arba kien missier Għanak),+ jiġifieri, Ħebron,+ fir-reġjun muntanjuż taʼ Ġuda,+ u l-mergħa tagħha taʼ madwarha; 12 u r-rabaʼ tal-belt u l-irħula tagħha tawhom lil Kaleb bin Ġefunne bħala proprjetà tiegħu.+
13 U lil ulied Aron il-qassis tawhom il-belt tar-refuġju+ għal dak li joqtol,+ jiġifieri, Ħebron,+ u l-mergħa tagħha, kif ukoll Libna+ u l-mergħa tagħha, 14 u Ġattir+ u l-mergħa tagħha, u Estemogħa+ u l-mergħa tagħha, 15 u Ħolon*+ u l-mergħa tagħha, u Debir+ u l-mergħa tagħha, 16 u Għajn*+ u l-mergħa tagħha, u Ġutta+ u l-mergħa tagħha, Bet-xemex+ u l-mergħa tagħha; disat ibliet minn dawn iż-żewġ tribujiet.
17 U mit-tribù taʼ Benjamin, Gibegħon+ u l-mergħa tagħha, Geba+ u l-mergħa tagħha, 18 Għanatot+ u l-mergħa tagħha, u Għalmon*+ u l-mergħa tagħha; erbat ibliet.
19 Il-bliet kollha taʼ wlied Aron,+ il-qassisin, kienu tlettax-il belt u l-mergħat tagħhom.+
20 U lill-familji taʼ wlied Keħat, il-Leviti li kien għad baqaʼ minn ulied Keħat, messhom bix-xorti bliet mit-tribù t’Efrajm.+ 21 Għaldaqstant tawhom il-belt tar-refuġju+ għal dak li joqtol,+ jiġifieri, Sikem+ u l-mergħa tagħha+ fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm, Geżer+ u l-mergħa tagħha, 22 Kibsajim*+ u l-mergħa tagħha, u Bet-ħoron+ u l-mergħa tagħha; erbat ibliet.
23 U mit-tribù taʼ Dan, Elteke u l-mergħa tagħha, Gibbeton+ u l-mergħa tagħha, 24 Ajjalon+ u l-mergħa tagħha, Gat-rimmon+ u l-mergħa tagħha; erbat ibliet.
25 U minn nofs it-tribù taʼ Manasse, Tagħnak+ u l-mergħa tagħha, u Gat-rimmon u l-mergħa tagħha; żewġt ibliet.
26 Għaxra kienu l-bliet kollha u l-mergħat tagħhom li kellhom il-familji taʼ wlied Keħat li kien baqaʼ.
27 U għal ulied Gerson,+ tal-familji tal-Leviti, kien hemm minn nofs it-tribù taʼ Manasse+ l-belt tar-refuġju għal dak li joqtol, jiġifieri, Golan,+ fil-Basan, u l-mergħa tagħha, u Begħstera*+ u l-mergħa tagħha; żewġt ibliet.
28 U mit-tribù taʼ Issakar,+ Kisjon+ u l-mergħa tagħha, Daberat+ u l-mergħa tagħha, 29 Ġarmut*+ u l-mergħa tagħha, Għajn-gannim+ u l-mergħa tagħha; erbat ibliet.
30 U mit-tribù t’Aser,+ Misal+ u l-mergħa tagħha, Għabdon+ u l-mergħa tagħha, 31 Ħelkat+ u l-mergħa tagħha, u Reħob+ u l-mergħa tagħha; erbat ibliet.
32 U mit-tribù taʼ Naftali,+ il-belt tar-refuġju+ għal dak li joqtol,+ jiġifieri, Kedes+ fil-Galilija, u l-mergħa tagħha, u Ħammot-dor+ u l-mergħa tagħha, u Kartan* u l-mergħa tagħha; tlett ibliet.
33 Il-bliet kollha tal-Gersonin skond il-familji tagħhom kienu tlettax-il belt u l-mergħat tagħhom.
34 U l-familji taʼ wlied Merari,+ il-Leviti li kien baqaʼ, ħadu mit-tribù taʼ Żebulun+ Ġoknegħam+ u l-mergħa tagħha, Karta u l-mergħa tagħha, 35 Dimna*+ u l-mergħa tagħha, Naħalal+ u l-mergħa tagħha; erbat ibliet.
36 U mit-tribù taʼ Ruben,+ Beser+ u l-mergħa tagħha, u Ġaħas+ u l-mergħa tagħha, 37 Kedemot+ u l-mergħa tagħha, u Mefgħat+ u l-mergħa tagħha; erbat ibliet.
38 U mit-tribù taʼ Gad,+ il-belt tar-refuġju għal dak li joqtol, jiġifieri, Ramot f’Gilegħad,+ u l-mergħa tagħha, u Maħanajm+ u l-mergħa tagħha, 39 Ħesbon+ u l-mergħa tagħha, Ġagħżer+ u l-mergħa tagħha; erbat ibliet b’kollox.
40 Il-bliet kollha li saru taʼ wlied Merari+ skond il-familji tagħhom, li kien baqaʼ mill-familji tal-Leviti, bħala s-sehem li messhom, kienu tnax-il belt.
41 Il-bliet kollha tal-Leviti f’nofs il-proprjetà taʼ wlied Israel kienu tmienja u erbgħin belt+ bil-mergħat tagħhom.+ 42 Kull waħda minn dawn il-bliet kienu belt bil-mergħa tagħha taʼ madwarha—hekk kien għal dawn il-bliet kollha.+
43 Għalhekk, Ġeħova ta lil Israel l-art kollha li kien ħalef li jagħti lil missirijiethom,+ u ħaduha f’idejhom+ u għammru fiha. 44 Iktar minn hekk, Ġeħova tahom il-mistrieħ+ minn kullimkien, skond kulma kien ħalef+ lil missirijiethom, u lanqas ħadd mill-għedewwa kollha tagħhom ma baqaʼ wieqaf quddiemhom.+ L-għedewwa kollha tagħhom Ġeħova tahomlhom f’idejhom.+ 45 Lanqas wegħda waħda ma naqset mill-wegħdi tajbin kollha li Ġeħova kien għamel lil dar Israel; kollha seħħew.+