Ġożwè
20 Imbagħad Ġeħova kellem lil Ġożwè, u qallu: 2 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Agħżlu għalikom il-bliet tar-refuġju+ li kellimtkom dwarhom permezz taʼ Mosè, 3 biex jaħrab fihom dak li joqtol+ lil xi ruħ mhux apposta u bla ma jkun jaf kif; u jridu jservukom bħala refuġju minn dak li jkollu d-dritt jivvendika ruħu għad-demm.+ 4 U hu jrid jaħrab+ lejn waħda minn dawn il-bliet u jieqaf fid-daħla taʼ bieb+ il-belt u jitkellem biex jisimgħuh ix-xjuħ+ taʼ dik il-belt; u huma jridu jilqgħuh għandhom fil-belt u jagħtuh post u jgħammar magħhom. 5 U jekk dak li jkollu d-dritt jivvendika ruħu għad-demm jiġri warajh, m’għandhomx jagħtu f’idejh lil dak li qatel;+ għax hu qatel lil sieħbu bla ma kien jaf kif, u ma kienx jobogħdu qabel.+ 6 U jrid jgħammar f’dik il-belt sakemm jidher quddiem il-ġemgħa għall-ġudizzju,+ sal-mewt tal-qassis il-kbir+ li jkun hemm dak iż-żmien. Imbagħad dak li qatel jistaʼ jerġaʼ lura,+ u jidħol f’beltu u f’daru, fil-belt li kien ħarab minnha.’”
7 Fi qbil maʼ dan, huma taw stat sagru lil Kedes+ fil-Galilija fir-reġjun muntanjuż taʼ Naftali, u lil Sikem+ fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm, u lil Kirjat-arba,+ jiġifieri, Ħebron, fir-reġjun muntanjuż taʼ Ġuda. 8 U fir-reġjun tal-Ġordan, ħdejn Ġeriko, lejn il-lvant huma taw mit-tribù taʼ Ruben+ lil Beser+ fix-xagħri fuq il-pjanura fl-għoli, u lil Ramot+ f’Gilegħad mit-tribù taʼ Gad, u lil Golan+ fil-Basan mit-tribù taʼ Manasse.
9 Dawn saru l-bliet maħturin għal ulied Israel kollha u għar-resident barrani li jgħammar bħala barrani f’nofshom, biex jekk xi ħadd joqtol lil xi ruħ mhux apposta jaħrab hemmhekk,+ sabiex ma jmutx b’id dak li jkollu d-dritt jivvendika ruħu għad-demm qabel jidher quddiem il-ġemgħa.+