Ġożwè
19 Imbagħad ħarġet it-tieni xorti+ għal Simegħon, għat-tribù taʼ wlied Simegħon+ skond il-familji tagħhom. U wirthom kien f’nofs il-wirt taʼ wlied Ġuda.+ 2 U f’wirthom kellhom Bir-xeba+ flimkien maʼ Xeba, u Molada,+ 3 u Ħasar-sugħal+ u Bala u Għesem,+ 4 u Eltolad+ u Betul u Ħorma, 5 u Siklag+ u Bet-markabot u Ħasar-susa,+ 6 u Bet-lebagħot+ u Saruħen; tlettax-il belt u l-irħula tagħhom. 7 Għajn,+ Rimmon+ u Għeter u Għasan;+ erbat ibliet u l-irħula tagħhom, 8 u l-irħula kollha li kienu madwar dawn il-bliet sa Bagħalat-bir,+ Rama+ tan-nofsinhar. Dan kien il-wirt tat-tribù taʼ wlied Simegħon skond il-familji tagħhom. 9 Il-wirt taʼ wlied Simegħon ittieħed minn dak li tqassam lil ulied Ġuda, għax sehem ulied Ġuda kien kbir wisq għalihom.+ Għalhekk, ulied Simegħon kisbu proprjetà f’nofs wirthom.+
10 Imbagħad telgħet it-tielet xorti+ għal ulied Żebulun+ skond il-familji tagħhom, u l-fruntiera taʼ wirthom kienet sa Sarid. 11 U l-fruntiera tagħhom kienet titlaʼ lejn il-punent u wkoll lejn Maregħal u tilħaq sa Dabbeset u sal-wied* taʼ quddiem Ġoknegħam.+ 12 U kienet tmur lura minn Sarid lejn il-lvant lejn tlugħ ix-xemx sat-tarf taʼ Kislot-tabor u toħroġ lejn Daberat+ u titlaʼ lejn Ġafigħa. 13 U minn hemmhekk kienet tgħaddi lejn il-lvant lejn tlugħ ix-xemx għal Gat-ħefer,+ s’Għet-kasin, u kienet toħroġ għal Rimmon u kienet tibqaʼ sejra sa Negħa. 14 U l-fruntiera kienet iddur magħha fit-tramuntana għal Ħannaton, u kienet tispiċċa fil-wied taʼ Iftaħ-el, 15 u Kattat u Naħalal u Simron+ u Idla u Betlehem;+ tnax-il belt u l-irħula tagħhom. 16 Dan kien il-wirt+ taʼ wlied Żebulun skond il-familji tagħhom.+ Dawn kienu l-bliet u l-irħula tagħhom.
17 U r-rabaʼ xorti ħarġet għal Issakar,+ għal ulied Issakar skond il-familji tagħhom. 18 U l-fruntiera tagħhom kienet sa Ġeżragħel+ u Kesullot u Sunem,+ 19 u Ħafarajm u Sihon u Anaħarat, 20 u Rabbit u Kisjon u Ebes, 21 u Remet u Għajn-gannim+ u Għajn-ħadda u Bet-passes. 22 U l-fruntiera kienet tilħaq sa Tabor+ u Saħasuma u Bet-xemex, u t-tarf tagħhom kien jispiċċa fil-Ġordan; sittax-il belt u l-irħula tagħhom. 23 Dan it-territorju, bil-bliet u l-irħula tagħhom, kien il-wirt tat-tribù taʼ wlied Issakar skond il-familji tagħhom.+
24 Imbagħad il-ħames xorti+ ħarġet għat-tribù taʼ wlied Aser+ skond il-familji tagħhom. 25 U l-fruntiera tagħhom kienet Ħelkat+ u Ħali u Beten u Aksaf,+ 26 u Allammelek u Għamgħad u Misal.+ U kienet tilħaq lejn il-punent sal-Karmel+ u sa Siħor-libnat, 27 u kienet tmur lura lejn tlugħ ix-xemx sa Bet-dagon u tilħaq sa Żebulun+ u l-wied taʼ Iftaħ-el lejn it-tramuntana, sa Bet-għemek u Negħijel, u kienet toħroġ sax-xellug taʼ Kabul, 28 u s’Għebron u Reħob u Ħammon u Kanah sa Sidon li kellha ħafna abitanti.+ 29 U l-fruntiera kienet tmur lura lejn Rama sal-belt fortifikata taʼ Tir.+ U kienet tmur lura sa Ħosa, u kienet tispiċċa fil-baħar fir-reġjun t’Akżib,+ 30 u Umma u Afek+ u Reħob;+ tnejn u għoxrin belt u l-irħula tagħhom. 31 Dan kien il-wirt tat-tribù taʼ wlied Aser skond il-familji tagħhom.+ Dawn kienu l-bliet u l-irħula tagħhom.
32 U s-sitt xorti+ ħarġet għal ulied Naftali,+ għal ulied Naftali skond il-familji tagħhom. 33 U l-fruntiera tagħhom kienet tibda minn Ħelef u s-siġra l-kbira f’Sagħnannim,+ u kienet tibqaʼ sejra lejn Adami-nekeb u Ġabnel sa Lakkum; u kienet tispiċċa fil-Ġordan. 34 U l-fruntiera kienet tmur lura lejn il-punent s’Ażnot-tabor u minn hemmhekk toħroġ lejn Ħukkok u tilħaq sa Żebulun+ fin-nofsinhar, u s’Aser+ fil-punent u sa Ġuda+ fil-Ġordan lejn tlugħ ix-xemx. 35 U l-bliet fortifikati kienu Żiddim, Ser u Ħammat,+ Rakkat u Kinneret,+ 36 u Adama u Rama u Ħasor,+ 37 u Kedes+ u Edrej u Għajn-ħasor, 38 u Iron u Migdal-el, Ħorem u Bet-għanat u Bet-xemex;+ dsatax-il belt u l-irħula tagħhom. 39 Dan it-territorju, bil-bliet u l-irħula tagħhom, kien il-wirt+ tat-tribù taʼ wlied Naftali skond il-familji tagħhom.+
40 U s-sebaʼ xorti+ ħarġet għat-tribù taʼ wlied Dan+ skond il-familji tagħhom. 41 U tarf wirthom kien Sorgħa+ u Estagħol u Ir-xemex, 42 u Sagħlabbin+ u Ajjalon+ u Itla, 43 u Elon u Timna+ u Għekron,+ 44 u Elteke u Gibbeton+ u Bagħalat,+ 45 u Ġeħud u Bene-berak u Gat-rimmon,+ 46 u Me-ġarkon u Rakkon, bit-tarf quddiem Ġaffa.+ 47 U t-territorju taʼ wlied Dan kien marsus iżżejjed+ għalihom. U wlied Dan telgħu u ggwerraw kontra Lesem+ u rebħuha u ħabtu għaliha b’xifer is-sejf. Imbagħad ħaduha f’idejhom u marru jgħammru fiha, u lil Lesem bdew isejħulha Dan, skond isem missierhom, Dan.+ 48 Għalhekk, dan kien il-wirt tat-tribù taʼ wlied Dan skond il-familji tagħhom. Dawn kienu l-bliet u l-irħula tagħhom.
49 B’hekk, temmew jaqsmu l-art biex tkun proprjetà tagħhom skond it-territorji tagħha. Imbagħad ulied Israel taw wirt lil Ġożwè bin Nun f’nofshom. 50 Bl-ordni taʼ Ġeħova tawh il-belt li talab,+ jiġifieri, Timnat-sera,+ fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm; u hu beda jibni l-belt u jgħammar fiha.
51 Dawn kienu l-ishma tal-wirt li Elegħażar il-qassis u Ġożwè bin Nun u l-kapijiet taʼ missirijiet it-tribujiet taʼ wlied Israel qassmu+ bħala proprjetà bix-xorti f’Silo+ quddiem Ġeħova, fid-daħla tat-tinda tal-laqgħa.+ U b’hekk waqfu jqassmu l-art.