Ġożwè
18 Imbagħad il-ġemgħa kollha taʼ wlied Israel kienet miġbura f’Silo,+ u huma qiegħdu t-tinda tal-laqgħa hemmhekk,+ billi l-art issa kienet imrażżna quddiemhom.+ 2 Imma fost ulied Israel xorta kien għad baqaʼ dawk li wirthom kien għadu ma tqassamx, jiġifieri, sebaʼ tribujiet. 3 Għalhekk, Ġożwè qal lil ulied Israel: “Kemm se ddumu tonqsu minn dmirkom? Meta se tidħlu u tieħdu f’idejkom l-art+ li takom Ġeħova l-Alla taʼ missirijietkom?+ 4 Sibu tlett irġiel minn kull tribù u jien nibgħathom, sabiex imorru u jduru dawra maʼ l-art u jniżżlu dettalji dwarha biex jitqassam wirthom, u jiġu għandi.+ 5 U jqassmuha bejniethom f’sebaʼ ishma.+ Ġuda jibqaʼ fit-territorju tiegħu lejn in-nofsinhar,+ u d-dar taʼ Ġużeppi tibqaʼ fit-territorju tagħha lejn it-tramuntana.+ 6 U intom niżżlu dettalji dwar l-art u aqsmuha f’sebaʼ ishma u ġibuhom hawnhekk għandi, u jien nitfaʼ x-xorti+ għalikom hawnhekk quddiem Ġeħova Alla tagħna. 7 Għax il-Leviti m’għandhom ebda sehem fostkom,+ għax is-saċerdozju taʼ Ġeħova hu wirthom;+ u Gad u Ruben+ u nofs it-tribù taʼ Manasse+ ħadu wirthom fuq in-naħa tal-Ġordan lejn il-lvant, li tahom Mosè l-qaddej taʼ Ġeħova.”+
8 Għalhekk, l-irġiel lestew biex jitilqu, u Ġożwè kkmanda+ lil dawk li kienu se jniżżlu dettalji dwar l-art: “Morru u duru dawra maʼ l-art u niżżlu dettalji dwarha u erġgħu lura għandi, u hawnhekk intellaʼ x-xorti+ għalikom quddiem Ġeħova f’Silo.”+ 9 Wara dan, l-irġiel telqu u għaddew mill-art u niżżlu fi ktieb dettalji dwarha+ skond il-bliet u qasmuha f’sebaʼ ishma. Imbagħad ġew għand Ġożwè fil-kamp f’Silo, 10 u Ġożwè tellaʼ x-xorti għalihom f’Silo quddiem Ġeħova.+ Għaldaqstant, hemmhekk Ġożwè qassam l-art lil ulied Israel skond l-ishma tagħhom.+
11 Imbagħad telgħet ix-xorti+ tat-tribù taʼ wlied Benjamin+ skond il-familji tagħhom, u t-territorju tax-xorti tagħhom ħareġ bejn ulied Ġuda+ u wlied Ġużeppi.+ 12 U l-fruntiera tat-tramuntana tat-territorju tagħhom kienet tibda mill-Ġordan, u kienet titlaʼ sat-telgħa taʼ Ġeriko+ fit-tramuntana u sal-muntanja lejn il-punent, u kienet tispiċċa fix-xagħri taʼ Bet-awen.+ 13 U l-fruntiera kienet tgħaddi minn hemmhekk għal Luż,+ mat-telgħa tan-nofsinhar taʼ Luż, jiġifieri, Betel;+ u l-fruntiera kienet tinżel lejn Għatarot-addar+ fuq il-muntanja li qiegħda fin-nofsinhar taʼ Bet-ħoron t’Isfel.+ 14 U l-fruntiera kienet iddur lejn in-nofsinhar ħdejn il-muntanja li tħares lejn Bet-ħoron lejn in-nofsinhar u minn hemmhekk tibqaʼ għaddejja man-naħa tal-punent tat-territorju; kienet tispiċċa f’Kirjat-bagħal, jiġifieri, Kirjat-ġegħarim,+ belt taʼ wlied Ġuda. Din hi n-naħa tal-punent.
15 U n-naħa tan-nofsinhar kienet minn tarf Kirjat-ġegħarim, u l-fruntiera kienet toħroġ lejn il-punent u lejn l-għajn taʼ l-ilmijiet taʼ Neftogħa.+ 16 U kienet tinżel lejn tarf il-muntanja li tħares lejn wied bin Ħinnom,+ li qiegħed fil-pjanura l-baxxa taʼ Refajm+ lejn it-tramuntana, u kienet tinżel lejn wied Ħinnom, lejn it-telgħa tal-Ġebusi+ fin-nofsinhar, u tinżel lejn Għajn-rogel.+ 17 U kienet tibqaʼ sejra lejn it-tramuntana u toħroġ lejn Għajn-xemex u lejn Gelilot, quddiem it-telgħa t’Adummim;+ u kienet tinżel lejn il-ġebla+ taʼ Boħan+ bin Ruben. 18 U kienet tgħaddi lejn it-telgħa tat-tramuntana quddiem l-Għaraba u tinżel lejn l-Għaraba. 19 U l-fruntiera kienet tgħaddi lejn it-telgħa tat-tramuntana taʼ Bet-ħogla,+ u kienet tispiċċa fil-bajja tat-tramuntana tal-Baħar il-Mielaħ+ fit-tarf tan-nofsinhar tal-Ġordan. Din kienet il-fruntiera tan-nofsinhar. 20 U l-Ġordan serviet bħala l-fruntiera fin-naħa tal-lvant. Dan kien il-wirt taʼ wlied Benjamin skond il-familji tagħhom, skond il-fruntieri tiegħu dawramejt.
21 U l-bliet tat-tribù taʼ wlied Benjamin skond il-familji tagħhom kienu Ġeriko+ u Bet-ħogla u Għemek-kesis, 22 u Bet-għaraba+ u Semarajm u Betel,+ 23 u Għawwim u Para u Għofra,+ 24 u Kefar-għammoni u Għofni u Geba;+ tnax-il belt u l-irħula tagħhom.
25 Gibegħon+ u Rama u Birot, 26 u Mispe+ u Kefira+ u Mosah, 27 u Rekem u Irfel u Tarala, 28 u Żelah,+ Ħa-elef u l-belt tal-Ġebusi, jiġifieri, Ġerusalemm,+ Gibegħa+ u Kirjat; erbatax-il belt u l-irħula tagħhom.
Dan kien wirt ulied Benjamin skond il-familji tagħhom.+