Ġożwè
17 U x-xorti+ waqgħet għat-tribù taʼ Manasse,+ għax kien l-ewwel imwieled taʼ Ġużeppi,+ għal Makir+ l-ewwel imwieled taʼ Manasse, missier Gilegħad,+ għax wera li kien gwerrier;+ u Gilegħad+ u l-Basan saru tiegħu. 2 U waqgħet ix-xorti wkoll għal ulied Manasse li kien baqaʼ skond il-familji tagħhom, għal ulied Abi-għeżer+ u wlied Ħelek+ u wlied Asrijel u wlied Sikem+ u wlied Ħefer u wlied Semida.+ Dawn kienu wlied Manasse bin Ġużeppi, l-irġiel skond il-familji tagħhom. 3 U Selofeħad+ bin Ħefer, bin Gilegħad, bin Makir, bin Manasse, ma kellux subien, imma bniet, u dawn kienu l-ismijiet tal-bniet tiegħu: Maħla u Nogħa, Ħogla, Milka u Tirsa.+ 4 Għalhekk, resqu quddiem Elegħażar+ il-qassis u Ġożwè bin Nun u l-kapijiet ewlenin, u qalu: “Ġeħova kien li kkmanda lil Mosè biex jagħtina wirt f’nofs ħutna.”+ Fi qbil maʼ dan, hu tahom, bl-ordni taʼ Ġeħova, wirt f’nofs ħut missierhom.+
5 U tqassmu għaxar biċċiet art oħrajn li messew lil Manasse minbarra l-art taʼ Gilegħad u l-Basan, li kienu fuq in-naħa l-oħra tal-Ġordan;+ 6 għax il-bniet taʼ Manasse ngħataw wirt f’nofs uliedu s-subien; u l-art taʼ Gilegħad saret il-proprjetà taʼ wlied Manasse li kien baqaʼ.
7 U l-fruntiera taʼ Manasse kienet minn Aser sa Mikmetat,+ li qiegħda quddiem Sikem,+ u l-fruntiera kienet tgħaddi lejn il-lemin, lejn l-abitanti t’Għajn-Taffugħa. 8 L-art taʼ Taffugħa+ saret taʼ Manasse, imma Taffugħa mal-fruntiera taʼ Manasse kienet taʼ wlied Efrajm. 9 U l-fruntiera kienet tinżel lejn il-wied taʼ Kanah, lejn in-nofsinhar lejn il-wied taʼ dawn il-bliet+ t’Efrajm f’nofs il-bliet taʼ Manasse, u l-fruntiera taʼ Manasse kienet fit-tramuntana tal-wied, u kienet tispiċċa fil-baħar.+ 10 Lejn in-nofsinhar kien t’Efrajm u lejn it-tramuntana, taʼ Manasse, u l-baħar kien il-fruntiera tiegħu;+ u fit-tramuntana jilħaq s’Aser u fil-lvant, sa Issakar.
11 U f’Issakar u f’Aser, Manasse+ kellu Bet-segħan+ u l-bliet li jiddependu minnha u Iblegħam+ u l-bliet li jiddependu minnha u l-abitanti taʼ Dor+ u l-bliet li jiddependu minnha u l-abitanti t’Għajn-dor+ u l-bliet li jiddependu minnha u l-abitanti taʼ Tagħnak+ u l-bliet li jiddependu minnha u l-abitanti taʼ Megiddo+ u l-bliet li jiddependu minnha, tliet reġjuni bl-għoljiet.
12 U wlied Manasse ma rnexxilhomx jieħdu dawn il-bliet f’idejhom,+ imma l-Kangħanin riedu bilfors jibqgħu jgħammru f’din l-art.+ 13 U ġara li meta wlied Israel kienu saru b’saħħithom,+ għabbew lill-Kangħanin b’xogħol forzat,+ u ma ħadulhomx il-proprjetà tagħhom għalkollox.+
14 U wlied Ġużeppi kellmu lil Ġożwè, u qalulu: “Għala tajtna bħala wirt sehem wieħed bix-xorti+ u qassamtilna biċċa art waħda, meta aħna poplu kotran għax Ġeħova berikna s’issa?”+ 15 Għal dan, Ġożwè qalilhom: “Jekk intom poplu numeruż, itilgħu lejn il-foresta, u qaċċtuha għalikom hemmhekk fl-art tal-Pereżin+ u r-Refajin,+ għax ir-reġjun muntanjuż+ t’Efrajm sar dejjaq wisq għalikom.” 16 Imbagħad ulied Ġużeppi qalu: “Ir-reġjun muntanjuż mhux biżżejjed għalina, u hemm karrijiet tal-gwerra+ armati bi xfafar tal-ħadid fost il-Kangħanin kollha li qed jgħammru fl-art tal-pjanura l-baxxa, kemm dawk li huma f’Bet-segħan+ u l-bliet li jiddependu minnha u kemm dawk li huma fil-pjanura l-baxxa taʼ Ġeżragħel.”+ 17 Għaldaqstant, Ġożwè qal hekk lid-dar taʼ Ġużeppi, lil Efrajm u Manasse: “Intom poplu kotran, u għandkom qawwa kbira.+ M’għandux jingħatalkom sehem wieħed bix-xorti,+ 18 imma r-reġjun muntanjuż għandu jsir tagħkom.+ Peress li hu foresta, qaċċtuha, u hemmhekk jispiċċa t-territorju tagħkom. Għax intom għandkom tkeċċu lill-Kangħanin, għalkemm għandhom karrijiet tal-gwerra armati bi xfafar tal-ħadid u huma b’saħħithom.”+