Ġożwè
16 U x-xorti+ li ħarġet għal ulied Ġużeppi+ kienet mill-Ġordan+ f’Ġeriko sa l-ilmijiet taʼ Ġeriko lejn il-lvant, lejn ix-xagħri li jitlaʼ minn Ġeriko għar-reġjun muntanjuż taʼ Betel.+ 2 U kienet toħroġ minn Betel taʼ Luż+ u tgħaddi għall-fruntiera taʼ l-Arkin+ f’Għatarot, 3 u tinżel lejn il-punent lejn il-fruntiera tal-Ġafletin sal-fruntiera taʼ Bet-ħoron+ t’Isfel u Geżer,+ u kienet tispiċċa fil-baħar.+
4 U wlied Ġużeppi,+ Manasse u Efrajm,+ ħadu l-art.+ 5 U l-fruntiera taʼ wlied Efrajm skond il-familji tagħhom kienet, iva, il-fruntiera taʼ wirthom lejn il-lvant kienet Għatarot-addar,+ sa Bet-ħoron taʼ Fuq;+ 6 u l-fruntiera kienet toħroġ lejn il-baħar. Mikmetat+ kienet lejn it-tramuntana, u l-fruntiera kienet iddur lejn il-lvant għal Tagħnat-silo, u kienet tgħaddi lejn il-lvant għal Ġanogħa. 7 U kienet tinżel minn Ġanogħa s’Għatarot u Nagħra u kienet tilħaq sa Ġeriko+ u toħroġ lejn il-Ġordan. 8 Minn Taffugħa+ l-fruntiera kienet tkompli lejn il-punent lejn il-wied* taʼ Kanah,+ u kienet tispiċċa fil-baħar.+ Dan hu l-wirt tat-tribù taʼ wlied Efrajm skond il-familji tagħhom. 9 U kien jinkludi wkoll il-bliet kollha+ maqtugħin għalihom u l-irħula tagħhom li wlied Efrajm kellhom f’nofs il-wirt taʼ wlied Manasse.
10 U ma keċċewx lill-Kangħanin+ li kienu qed jgħammru f’Geżer,+ u l-Kangħanin għadhom jgħammru fost Efrajm sa llum+ u saru lsiera li jagħmlu xogħol forzat.+