Ġożwè
15 U x-xorti+ tat-tribù taʼ wlied Ġuda skond il-familji tagħhom waqgħet lejn il-fruntiera t’Edom,+ ix-xagħri taż-Żin,+ lejn in-Negeb+ fit-tarf tan-nofsinhar tiegħu. 2 U l-fruntiera tagħhom tan-nofsinhar kienet minn tarf il-Baħar il-Mielaħ,+ mill-bajja li tħares lejn in-nofsinhar. 3 U kienet toħroġ lejn in-nofsinhar lejn it-telgħa t’Għakrabbim+ u tibqaʼ għaddejja lejn iż-Żin+ u titlaʼ min-nofsinhar lejn Kades-barnegħa+ u tibqaʼ għaddejja lejn Ħesron u titlaʼ lejn Addar u ddur lejn Karka. 4 U kienet tibqaʼ għaddejja lejn Għasmon+ u toħroġ lejn il-wied* taʼ l-Eġittu;+ u l-fruntiera kienet tispiċċa fil-baħar. Din kienet il-fruntiera tan-nofsinhar tagħhom.
5 U l-fruntiera tal-lvant kienet il-Baħar il-Mielaħ safejn tispiċċa l-Ġordan, u l-fruntiera fir-rokna tat-tramuntana kienet mal-bajja tal-baħar, fejn tispiċċa l-Ġordan.+ 6 U l-fruntiera kienet titlaʼ lejn Bet-ħogla+ u tgħaddi mit-tramuntana taʼ Bet-għaraba,+ u kienet titlaʼ lejn il-ġebla taʼ Boħan+ bin Ruben. 7 U kienet tibqaʼ tielgħa lejn Debir fil-pjanura l-baxxa t’Għakor+ u ddur lejn it-tramuntana lejn Gilgal,+ quddiem it-telgħa t’Adummim fin-nofsinhar tal-wied; u l-fruntiera kienet tgħaddi mill-ilmijiet t’Għajn-xemex,+ u kienet tispiċċa f’Għajn-rogel.+ 8 U kienet titlaʼ lejn wied bin Ħinnom+ lejn it-telgħa tal-Ġebusi+ fin-nofsinhar, jiġifieri, Ġerusalemm;+ u l-fruntiera kienet titlaʼ sal-quċċata tal-muntanja li tħares lejn wied Ħinnom lejn il-punent, li qiegħda f’tarf il-pjanura l-baxxa taʼ Refajm+ lejn it-tramuntana. 9 U l-fruntiera kienet mill-quċċata tal-muntanja lejn l-għajn taʼ l-ilmijiet taʼ Neftogħa,+ u kienet toħroġ lejn il-bliet tal-Muntanja Għefron; u l-fruntiera kienet sa Bagħala,+ jiġifieri, Kirjat-ġegħarim.+ 10 U l-fruntiera kienet iddur minn Bagħala lejn il-punent, lejn il-Muntanja Segħir, u tibqaʼ għaddejja lejn it-telgħa tal-Muntanja Ġegħarim fit-tramuntana, jiġifieri, Kesalon; u kienet tinżel lejn Bet-xemex+ u tgħaddi lejn Timna.+ 11 U l-fruntiera kienet toħroġ lejn it-telgħa t’Għekron+ lejn it-tramuntana, u kienet sa Sikkeron u kienet tgħaddi lejn il-Muntanja Bagħala u toħroġ lejn Ġabnel; u l-fruntiera kienet tispiċċa fil-baħar.
12 U l-fruntiera tal-punent kienet mal-Baħar il-Kbir+ u l-kosta tiegħu. Din kienet il-fruntiera dawramejt taʼ wlied Ġuda skond il-familji tagħhom.
13 U lil Kaleb+ bin Ġefunne tah sehem f’nofs ulied Ġuda bl-ordni taʼ Ġeħova lil Ġożwè, jiġifieri, Kirjat-arba (dan Arba kien missier Għanak), jiġifieri, Ħebron.+ 14 Għalhekk, Kaleb keċċa minn hemmhekk lit-tliet ulied t’Għanak,+ jiġifieri, Sesaj+ u Aħiman u Talmaj,+ dawk imnisslin minn Għanak.+ 15 Imbagħad telaʼ minn hemmhekk għal kontra l-abitanti taʼ Debir.+ (Issa isem Debir qabel kien Kirjat-sefer.)+ 16 U Kaleb qal: “Min jaħbat għal Kirjat-sefer u jirbaħha, jien nagħtih lil binti Għaksa+ b’martu.” 17 U rebaħha Għotnijel+ bin Kenaż,+ ħu Kaleb. Għalhekk, tah lil bintu Għaksa+ b’martu. 18 U ġara li meta kienet sejra d-dar, hi baqgħet tipprova ġġiegħlu jitlob għalqa mingħand missierha. Imbagħad waqt li kienet fuq il-ħmar ċapċpet idejha.* Għal dan, Kaleb qalilha: “Xi trid?”+ 19 Għalhekk, hi qalet: “Agħtini barka, għax tajtni biċċa art lejn in-nofsinhar, imma trid tagħtini Gullot-majm.” Għaldaqstant taha Gullot taʼ Fuq u Gullot t’Isfel.+
20 Dan kien il-wirt+ tat-tribù taʼ wlied Ġuda+ skond il-familji tagħhom.
21 U l-bliet f’tarf it-tribù taʼ wlied Ġuda lejn il-fruntiera t’Edom+ fin-nofsinhar kienu Kabsil+ u Għeder u Ġagur, 22 u Kina u Dimona u Għadgħada, 23 u Kedes u Ħasor u Itnan, 24 Żif u Telem+ u Begħalot, 25 u Ħasor-ħadatta u Kerjot-ħesron, jiġifieri, Ħasor, 26 Amam u Sema u Molada,+ 27 u Ħasar-gadda u Ħesmon u Bet-pelet,+ 28 u Ħasar-sugħal+ u Bir-xeba+ u Biżjotija, 29 Bagħala+ u Ijjim u Għesem,+ 30 u Eltolad u Kesil u Ħorma,+ 31 u Siklag+ u Madmanna u Sansanna, 32 u Lebagħot u Silħim u Għajn+ u Rimmon;+ il-bliet kollha kienu disgħa u għoxrin, flimkien maʼ l-irħula tagħhom.
33 Fis-Sefela+ kien hemm Estagħol+ u Sorgħa+ u Asnah, 34 u Żanogħa+ u Għajn-gannim, Taffugħa u Għenam, 35 Ġarmut+ u Għadullam,+ Sokoh+ u Għażeka,+ 36 u Sagħrajm+ u Għaditajm u Gedera u Gederotajm; erbatax-il belt u l-irħula tagħhom.
37 Senan u Ħadasa u Migdal-gad, 38 u Dilegħan u Mispe u Ġoktel, 39 Lakis+ u Boskat+ u Għeglon,+ 40 u Kabbon u Laħmam u Kitlis, 41 u Gederot, Bet-dagon u Nagħma u Makkeda;+ sittax-il belt u l-irħula tagħhom.
42 Libna+ u Għeter+ u Għasan, 43 u Iftaħ u Asnah u Nesib, 44 u Kejla+ u Akżib+ u Maresah;+ disat ibliet u l-irħula tagħhom.
45 Għekron+ u l-bliet li jiddependu minnha u l-irħula tagħha. 46 Minn Għekron lejn il-punent il-bliet kollha maġenb Asdod u l-irħula tagħhom.
47 Asdod,+ il-bliet li jiddependu minnha u l-irħula tagħha; Gaża,+ il-bliet li jiddependu minnha u l-irħula tagħha, ’l isfel lejn il-wied taʼ l-Eġittu, u l-Baħar il-Kbir u r-reġjun taʼ ħdejh.+
48 U fir-reġjun muntanjuż taʼ Samir u Ġattir+ u Sokoh, 49 u Danna u Kirjat-sanna, jiġifieri, Debir, 50 u Għanab u Estemo+ u Għanim, 51 u Gosen+ u Ħolon u Gilo;+ ħdax-il belt u l-irħula tagħhom.
52 Arab u Duma u Esgħan, 53 u Ġanim u Bet-taffugħa u Afeka, 54 u Ħumta u Kirjat-arba, jiġifieri, Ħebron,+ u Sigħor; disat ibliet u l-irħula tagħhom.
55 Magħon,+ Karmel u Żif+ u Ġutta, 56 u Ġeżragħel u Ġokdegħam u Żanogħa, 57 Qajin, Gibegħa u Timna;+ għaxart ibliet u l-irħula tagħhom.
58 Ħalħul, Bet-sur u Gedor, 59 u Magħrat u Bet-għanot u Eltekon; sitt ibliet u l-irħula tagħhom.
60 Kirjat-bagħal,+ jiġifieri, Kirjat-ġegħarim,+ u Rabba; żewġt ibliet u l-irħula tagħhom.
61 Fix-xagħri Bet-għaraba,+ Middin u Sekaka, 62 u Nibsan u Belt il-Melħ u Għajn-gedi;+ sitt ibliet u l-irħula tagħhom.
63 U lill-Ġebusin+ li kienu jgħammru f’Ġerusalemm,+ ulied Ġuda ma rnexxilhomx ikeċċuhom;+ u l-Ġebusin għadhom jgħammru maʼ wlied Ġuda f’Ġerusalemm sa llum.