LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 23:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 Mhux se nkeċċihom minn quddiemek f’sena waħda, biex l-​art ma ssirx ħerba u biex il-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ ma jiżdidux sew kontrik.+

  • Numri 33:55
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 55 “‘Iżda, jekk ma tkeċċux minn quddiemkom l-​abitanti taʼ l-​art,+ dawk li tħallu minnhom isiru bħal tingiż f’għajnejkom u bħal xewk f’ġenbejkom, u tabilħaqq li jaħqrukom fl-​art li se tgħammru fiha.+

  • Imħallfin 1:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 U wlied Benjamin ma keċċewx lill-​Ġebusin li kienu joqogħdu Ġerusalemm;+ imma l-​Ġebusin għadhom jgħammru maʼ wlied Benjamin f’Ġerusalemm sa llum.+

  • Imħallfin 2:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 Għaldaqstant, Ġeħova ħalla lil dawn il-​ġnus jibqgħu billi ma keċċihomx mill-​ewwel,+ u ma tahomx f’idejn Ġożwè.

  • Imħallfin 3:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 U baqgħu jintużaw biex ulied Israel jiġu mgħoddijin mill-​prova+ ħalli jkun magħruf jekk hux se jobdu l-​kmandamenti li Ġeħova kien ordna lil missirijiethom permezz taʼ Mosè.+

  • Imħallfin 19:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Waqt li kienu qrib Ġebus, meta d-​dawl tal-​jum kien naqas mhux ħażin,+ il-​qaddej qal lil sidu: “Ejja, issa, ħa nilwu lejn din il-​belt tal-​Ġebusin+ u ngħaddu l-​lejl fiha.”

  • 2 Samwel 5:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Għaldaqstant, is-​sultan u l-​irġiel tiegħu marru Ġerusalemm kontra l-​Ġebusin,+ li kienu jgħammru fil-​pajjiż, u dawn qalu lil David: “Int ma tidħolx hawnhekk, imma l-​għomja u z-​zopop żgur li jkeċċuk,”+ għax ħasbu: “David ma jidħolx hawnhekk.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja