10 Għalhekk, bagħtu l-arka taʼ l-Alla l-veru lejn Għekron.+ U ġara li, malli l-arka taʼ l-Alla l-veru waslet Għekron, l-Għekronin bdew jgħajtu u jgħidu: “Ġabu l-arka taʼ l-Alla taʼ Israel biex joqtlu lilna u lill-poplu tagħna!”+
14 U l-bliet li l-Filistin kienu ħadu mingħand Israel baqgħu jingħataw lura lil Israel minn Għekron sa Gat, u Israel ħeles it-territorju tagħhom minn id il-Filistin.
2 Imbagħad Aħażija waqaʼ+ mill-isprall li kien hemm fl-għorfa tiegħu+ li kienet fis-Samarija u marad. Għalhekk, bagħat lil xi messaġġiera u qalilhom: “Morru staqsu+ lil Bagħal-żebub+ l-alla t’Għekron+ jekk iniex se nfiq minn din il-marda.”+