1 Samwel
7 Għaldaqstant, l-irġiel taʼ Kirjat-ġegħarim+ ġew u tellgħu l-arka taʼ Ġeħova u ħaduha fid-dar t’Abinadab+ fuq l-għolja, u lil ibnu Elegħażar qaddsuh biex jgħasses l-arka taʼ Ġeħova.
2 U ġara li, minn dakinhar li l-Arka qagħdet f’Kirjat-ġegħarim, il-jiem baqgħu jiżdiedu, u b’hekk għaddew għoxrin sena, u n-nies kollha taʼ dar Israel bkew u daru lejn Ġeħova.+ 3 U Samwel qal lid-dar kollha taʼ Israel: “Jekk qed terġgħu lura lejn Ġeħova b’qalbkom kollha,+ neħħu minn nofskom+ l-allat barranin kif ukoll ix-xbihat t’Għastoret,+ u dawru qalbkom b’mod sod lejn Ġeħova u aqdu lilu biss,+ u hu jeħliskom minn id il-Filistin.”+ 4 Għal dan, ulied Israel neħħew il-Bagħalim+ u x-xbihat t’Għastoret+ u bdew jaqdu lil Ġeħova biss.
5 Imbagħad Samwel qal: “Iġimgħu lil Israel kollu+ flimkien f’Mispa,+ sabiex nitlob+ lil Ġeħova għan-nom tagħkom.” 6 Għalhekk, inġemgħu flimkien f’Mispa, u mlew l-ilma u sawbuh quddiem Ġeħova u dakinhar samu.+ U bdew jgħidu hemmhekk: “Dnibna kontra Ġeħova.”+ U Samwel beda jiġġudika+ lil ulied Israel f’Mispa.
7 U l-Filistin semgħu li wlied Israel kienu nġemgħu flimkien f’Mispa, u s-sidien alleati+ tal-Filistin telgħu għal Israel. Meta wlied Israel semgħu b’dan, bdew jibżgħu minħabba l-Filistin.+ 8 Għalhekk, ulied Israel qalu lil Samwel: “Tibqax sieket milli tgħajjat għalina lil Ġeħova Alla tagħna għall-għajnuna,+ sabiex isalvana minn id il-Filistin.” 9 Imbagħad Samwel ħa ħaruf li kien qed jiġi mreddaʼ u offrieh bħala offerta tal-ħruq, offerta sħiħa,+ lil Ġeħova; u Samwel beda jgħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna għan-nom taʼ Israel,+ u Ġeħova wieġbu.+ 10 U ġara li, waqt li Samwel kien qed joffri l-offerta tal-ħruq, il-Filistin resqu qrib biex jitqabdu maʼ Israel. U Ġeħova ġiegħel li jriegħed b’ħoss qawwi+ dakinhar kontra l-Filistin, sabiex jitfagħhom f’konfużjoni;+ u ġew megħlubin minn Israel.+ 11 U l-irġiel taʼ Israel ħarġu minn Mispa u marru jiġru wara l-Filistin u baqgħu joqtluhom saħansitra san-nofsinhar taʼ Bet-kar. 12 Imbagħad Samwel ħa ġebla+ u qegħedha bejn Mispa u Ġesana u semmieha Ebengħeżer.* Għaldaqstant qal: “S’issa Ġeħova għenna.”+ 13 Hekk il-Filistin trażżnu, u ma ġewx iktar fit-territorju taʼ Israel;+ u id Ġeħova kompliet tkun kontra l-Filistin il-jiem kollha taʼ Samwel.+ 14 U l-bliet li l-Filistin kienu ħadu mingħand Israel baqgħu jingħataw lura lil Israel minn Għekron sa Gat, u Israel ħeles it-territorju tagħhom minn id il-Filistin.
U kien hemm is-sliem bejn Israel u l-Amurrin.+
15 U Samwel baqaʼ jiġġudika lil Israel il-jiem kollha taʼ ħajtu.+ 16 U minn sena għal sena kien jivvjaġġa u jdur Betel+ u Gilgal+ u Mispa+ u jiġġudika lil Israel+ f’dawn il-postijiet kollha. 17 Imbagħad kien imur lura lejn Rama,+ għaliex hemmhekk kienet daru, u hemmhekk kien jiġġudika lil Israel. U hemmhekk bena artal lil Ġeħova.+