LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 23:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 Mhux se nkeċċihom minn quddiemek f’sena waħda, biex l-​art ma ssirx ħerba u biex il-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ ma jiżdidux sew kontrik.+

  • Numri 33:55
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 55 “‘Iżda, jekk ma tkeċċux minn quddiemkom l-​abitanti taʼ l-​art,+ dawk li tħallu minnhom isiru bħal tingiż f’għajnejkom u bħal xewk f’ġenbejkom, u tabilħaqq li jaħqrukom fl-​art li se tgħammru fiha.+

  • Dewteronomju 7:22
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 “U Ġeħova Alla tiegħek se jwarrab lil dawn il-​ġnus minn quddiemek ftit ftit.+ M’intix se titħalla teqridhom malajr, għax inkella joktru kontrik il-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ.

  • Ġożwè 23:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 għandkom tkunu tafu fiċ-​ċert li Ġeħova Alla tagħkom mhux se jkompli jieħu l-​proprjetà taʼ dawn il-​ġnus minħabba fikom;+ u huma jsiru għalikom bħal nasba u bħal nassa u bħal flaġell fuq ġenbejkom+ u bħal xewk f’għajnejkom sakemm tgħibu minn fuq din l-​art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom.+

  • Imħallfin 1:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 Lanqas Efrajm ma keċċa lill-​Kangħanin li kienu jgħammru f’Geżer, imma l-​Kangħanin baqgħu jgħammru fosthom f’Geżer.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja