1 Kronaki
6 Ulied Levi+ kienu Gerson,+ Keħat,+ u Merari.+ 2 U wlied Keħat kienu Għamram,+ Isħar,+ Ħebron,+ u Użżijel.+ 3 U wlied Għamram+ kienu Aron+ u Mosè,+ u kien hemm Mirjam.+ U wlied Aron kienu Nadab,+ Abiħu,+ Elegħażar,+ u Itamar.+ 4 U Elegħażar+ nissel lil Fineħas.+ Fineħas nissel lil Abisugħa.+ 5 Abisugħa, imbagħad, nissel lil Bukki; Bukki, imbagħad, nissel lil Użżi.+ 6 Użżi, imbagħad, nissel lil Żeraħija; Żeraħija, imbagħad, nissel lil Merajot.+ 7 Merajot nissel lil Amarija; Amarija, imbagħad, nissel lil Aħitub.+ 8 Aħitub, imbagħad, nissel lil Sadok;+ Sadok, imbagħad, nissel lil Aħimgħas.+ 9 Aħimgħas, imbagħad, nissel lil Għażarija. Għażarija, imbagħad, nissel lil Ġoħanan. 10 Ġoħanan, imbagħad, nissel lil Għażarija.+ Dan kien il-wieħed li qeda bħala qassis fid-dar li Salamun bena f’Ġerusalemm.
11 U Għażarija nissel lil Amarija.+ Amarija, imbagħad, nissel lil Aħitub.+ 12 Aħitub, imbagħad, nissel lil Sadok.+ Sadok, imbagħad, nissel lil Sallum. 13 Sallum, imbagħad, nissel lil Ħilkija. Ħilkija,+ imbagħad, nissel lil Għażarija. 14 Għażarija, imbagħad, nissel lil Seraja.+ Seraja, imbagħad, nissel lil Ġeħosadak.+ 15 U Ġeħosadak kien dak li mar fl-eżilju meta Ġeħova ħa lil Ġuda u lil Ġerusalemm fl-eżilju permezz taʼ id Nebukadnessar.
16 Ulied Levi+ kienu Gersom,* Keħat, u Merari. 17 U dawn huma l-ismijiet taʼ wlied Gersom: Libni+ u Simgħi.+ 18 U wlied Keħat+ kienu Għamram,+ Isħar, Ħebron, u Użżijel.+ 19 Ulied Merari kienu Maħli u Musi.+
U dawn kienu l-familji tal-Leviti skond missirijiethom:+ 20 Minn Gersom, Libni,+ ibnu; Ġaħat, ibnu; Żimma, ibnu; 21 Ġowaħ,+ ibnu; Iddo, ibnu; Żeraħ, ibnu; Ġegħateraj, ibnu. 22 Ulied Keħat: Għamminadab, ibnu; Koraħ,+ ibnu; Assir, ibnu; 23 Elkana, ibnu; Ebjasaf,+ ibnu; Assir, ibnu; 24 Taħat, ibnu; Urijel, ibnu; Użżija, ibnu; u Sagħul, ibnu. 25 U wlied Elkana+ kienu Għamasaj u Aħimot. 26 Inkwantu għal Elkana, ulied Elkana: Sofaj,+ ibnu; Naħat, ibnu; 27 Eljab,+ ibnu; Ġeroħam, ibnu; u Elkana,+ ibnu. 28 U wlied Samwel+ kienu Ġoel, l-ewwel imwieled, u Abija,+ it-tieni. 29 Ulied Merari: Maħli;+ Libni, ibnu; Simgħi, ibnu; Użżah, ibnu; 30 Simegħa, ibnu; Ħaggija, ibnu; u Għasaja, ibnu.
31 U dawn kienu dawk li David+ tahom pożizzjonijiet biex jidderieġu l-kant fid-dar taʼ Ġeħova wara li l-Arka tqiegħdet hemmhekk.+ 32 U dawn kienu jieħdu ħsieb+ il-kant+ quddiem it-tabernaklu, jiġifieri, it-tinda tal-laqgħa, sakemm Salamun bena d-dar taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm;+ u baqgħu jieħdu ħsieb is-servizz tagħhom skond l-inkarigu tagħhom.+ 33 U kienu dawn, flimkien maʼ wliedhom, li kienu jieħdu ħsieb: Minn ulied il-Keħatin, Ħeman,+ l-għannej, bin Ġoel,+ bin Samwel,+ 34 bin Elkana,+ bin Ġeroħam, bin Eligħel,+ bin Togħa, 35 bin Suf,+ bin Elkana, bin Maħat, bin Għamasaj, 36 bin Elkana, bin Ġoel, bin Għażarija, bin Sofonija, 37 bin Taħat, bin Assir, bin Ebjasaf,+ bin Koraħ,+ 38 bin Isħar,+ bin Keħat, bin Levi, u bin Israel.
39 Inkwantu għal ħuh Asaf,+ li kien jaqdi fuq il-lemin tiegħu, Asaf kien bin Berekija,+ bin Simegħa, 40 bin Mikiel, bin Bagħseja, bin Malkija, 41 bin Etni, bin Żeraħ, bin Għadaja, 42 bin Etan, bin Żimma, bin Simgħi, 43 bin Ġaħat,+ bin Gersom,+ u bin Levi.
44 Rigward ulied Merari,+ ħuthom fuq ix-xellug, kien hemm Etan,+ bin Kisi,+ bin Għabdi, bin Malluk, 45 bin Ħasabija, bin Amażija, bin Ħilkija, 46 bin Amsi, bin Bani, bin Semer, 47 bin Maħli, bin Musi,+ bin Merari,+ u bin Levi.
48 U ħuthom il-Leviti+ kienu dawk li ngħataw għas-servizz+ kollu tat-tabernaklu* tad-dar taʼ l-Alla l-veru. 49 U Aron+ u wliedu kienu qed joffru d-duħħan tas-sagrifiċċji+ fuq l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq+ u fuq l-artal taʼ l-inċens+ għax-xogħol kollu taʼ l-affarijiet l-iktar imqaddsin u biex jagħmlu tpattija+ għal Israel,+ skond kulma kien ikkmanda Mosè, il-qaddej taʼ l-Alla l-veru. 50 U dawn kienu wlied Aron:+ Elegħażar,+ ibnu; Fineħas,+ ibnu; Abisugħa,+ ibnu; 51 Bukki, ibnu; Użżi, ibnu; Żeraħija,+ ibnu; 52 Merajot,+ ibnu; Amarija, ibnu; Aħitub,+ ibnu; 53 Sadok,+ ibnu; u Aħimgħas,+ ibnu.
54 U dawn kienu l-postijiet fejn jgħammru skond il-kampijiet tagħhom imdawrin bil-ħitan fit-territorju tagħhom,+ għal ulied Aron li kienu tal-familja tal-Keħatin,+ għax lilhom kienet messet ix-xorti. 55 Għaldaqstant tawhom Ħebron+ fl-art taʼ Ġuda, bil-mergħat tagħha dawramejt. 56 U r-rabaʼ tal-belt u l-irħula tagħha+ tawhom lil Kaleb,+ bin Ġefunne.+ 57 U lil ulied Aron tawhom il-bliet tar-refuġju,+ Ħebron,+ Libna+ bil-mergħat tagħha, Ġattir,+ Estemogħa+ bil-mergħat tagħha, 58 Ħilen+ bil-mergħat tagħha, Debir+ bil-mergħat tagħha, 59 Għasan+ bil-mergħat tagħha, u Bet-xemex+ bil-mergħat tagħha; 60 u mit-tribù taʼ Benjamin, Geba+ bil-mergħat tagħha, Għalemet+ bil-mergħat tagħha, u Għanatot+ bil-mergħat tagħha. Il-bliet kollha tagħhom kienu tlettax-il belt+ bejn il-familji tagħhom.
61 U lil ulied Keħat li kien baqaʼ tawhom mill-familja tat-tribù, minn nofs it-tribù, in-nofs taʼ Manasse, skond ix-xorti, għaxart ibliet.+
62 U lil ulied Gersom,+ skond il-familji tagħhom, tawhom mit-tribù taʼ Issakar,+ mit-tribù t’Aser,+ mit-tribù taʼ Naftali,+ u mit-tribù taʼ Manasse+ fil-Basan, tlettax-il belt.
63 Lil ulied Merari,+ skond il-familji tagħhom, tawhom mit-tribù taʼ Ruben,+ mit-tribù taʼ Gad,+ u mit-tribù taʼ Żebulun,+ skond ix-xorti, tnax-il belt.
64 B’hekk, ulied Israel taw lil-Leviti+ l-bliet bil-mergħat tagħhom.+ 65 Barra minn hekk, mit-tribù taʼ wlied Ġuda,+ mit-tribù taʼ wlied Simegħon,+ u mit-tribù taʼ wlied Benjamin,+ tawhom bix-xorti dawn il-bliet, li semmewhom b’isimhom.
66 U xi wħud mill-familji taʼ wlied Keħat kellhom il-bliet tat-territorju tagħhom mit-tribù t’Efrajm.+ 67 Għaldaqstant tawhom il-bliet tar-refuġju, Sikem+ bil-mergħat tagħha fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm, Geżer+ bil-mergħat tagħha, 68 Ġokmegħam+ bil-mergħat tagħha, Bet-ħoron+ bil-mergħat tagħha, 69 Ajjalon+ bil-mergħat tagħha, u Gat-rimmon+ bil-mergħat tagħha; 70 u minn nofs it-tribù taʼ Manasse, Għaner+ bil-mergħat tagħha, u Bilegħam+ bil-mergħat tagħha, lill-familja taʼ wlied Keħat li kien baqaʼ.+
71 U lil ulied Gersom+ tawhom, mill-familja taʼ nofs it-tribù taʼ Manasse, Golan+ fil-Basan bil-mergħat tagħha u Għastarot+ bil-mergħat tagħha; 72 u mit-tribù taʼ Issakar, Kedes+ bil-mergħat tagħha, Daberat+ bil-mergħat tagħha, 73 Ramot+ bil-mergħat tagħha, u Għanem+ bil-mergħat tagħha; 74 u mit-tribù t’Aser, Masal bil-mergħat tagħha, Għabdon+ bil-mergħat tagħha, 75 Ħukok+ bil-mergħat tagħha, u Reħob+ bil-mergħat tagħha; 76 u mit-tribù taʼ Naftali,+ Kedes+ fil-Galilija+ bil-mergħat tagħha, Ħammon bil-mergħat tagħha, u Kirjatajm+ bil-mergħat tagħha.
77 Lil ulied Merari li kien baqaʼ tawhom, mit-tribù taʼ Żebulun,+ Rimmono+ bil-mergħat tagħha, Tabor bil-mergħat tagħha, 78 u fir-reġjun tal-Ġordan f’Ġeriko, lejn il-lvant tal-Ġordan, mit-tribù taʼ Ruben,+ Beser+ fix-xagħri bil-mergħat tagħha, Ġaħas+ bil-mergħat tagħha, 79 Kedemot+ bil-mergħat tagħha, u Mefgħat+ bil-mergħat tagħha; 80 u mit-tribù taʼ Gad,+ Ramot+ f’Gilegħad bil-mergħat tagħha, Maħanajm+ bil-mergħat tagħha, 81 Ħesbon+ bil-mergħat tagħha, u Ġagħżer+ bil-mergħat tagħha.