1 Kronaki
7 Issa wlied Issakar kienu Tola,+ Puwa,+ Ġasub, u Simron,+ erbgħa. 2 U wlied Tola kienu Użżi, Refaja, Ġerijel, Ġaħmaj, Ibsam, u Semwel, kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom. Minn Tola ħarġu rġiel qalbenin u setgħanin, skond id-dixxendenti tagħhom. L-għadd tagħhom fi żmien David+ kien tnejn u għoxrin elf u sitt mija. 3 U wlied Użżi: Iżraħija; u wlied Iżraħija kienu Mikiel u Għobadija u Ġoel, Issija, [?],* ħamsa, ilkoll kemm huma kapijiet. 4 U magħhom, skond id-dixxendenti tagħhom, skond id-dar taʼ missirijiethom, kien hemm truppi taʼ l-armata għall-gwerra, sitta u tletin elf, għax kellhom ħafna nisa u wlied.+ 5 U ħuthom mill-familji kollha taʼ Issakar kienu rġiel qalbenin u setgħanin,+ sebgħa u tmenin elf, skond ir-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika tagħhom kollha.+
6 Ulied Benjamin+ kienu Bela,+ Beker,+ u Ġedjagħel,+ tlieta. 7 U wlied Bela+ kienu Esbon, Użżi, Użżijel, Ġerimot, u Iri, ħamsa, kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom, irġiel qalbenin u setgħanin; u r-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika+ tagħhom kienet tnejn u għoxrin elf u erbgħa u tletin. 8 U wlied Beker kienu Żemira, Ġogħas, Eligħeżer, Eljogħenaj, Għomri, Ġeremot, Abija, Għanatot, u Għalemet, u dawn kollha kienu wlied Beker. 9 U r-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika+ tagħhom skond id-dixxendenti tagħhom, jiġifieri, il-kapijiet tad-dar taʼ missirijiethom, irġiel qalbenin u setgħanin, kienet għoxrin elf u mitejn. 10 U wlied Ġedjagħel:+ Bilħan; u wlied Bilħan kienu Ġegħus, Benjamin, Eħud, Kengħana, Żetan, Tarsis, u Aħisaħar. 11 Dawn kollha kienu wlied Ġedjagħel, skond il-kapijiet taʼ missirijiethom, irġiel qalbenin u setgħanin,+ sbatax-il elf u mitejn li ngħaqdu maʼ l-armata għall-gwerra.
12 U s-Suffin+ u l-Ħuffin+ kienu wlied Ir;+ il-Ħusin kienu wlied Aħer.
13 Ulied Naftali+ kienu Ġaħsijel,+ Guni,+ Ġeżer, u Sallum,+ ulied Bilħa.+
14 Ulied Manasse:+ Asrijel, li wilditlu l-konkubina Sirjana tiegħu. (Hi wildet lil Makir,+ missier Gilegħad. 15 U Makir ħa mara għal Ħuffim u għal Suffim, u oħtu kien jisimha Magħka.) U t-tieni kien jisimha Selofeħad,+ imma Selofeħad kellha l-bniet.+ 16 U Magħka, mart Makir, wildet iben u semmietu Peres; u ħuh kien jismu Seres; u wliedu kienu Ulam u Rekem. 17 U wlied Ulam: Bedan. Dawn kienu wlied Gilegħad, bin Makir, bin Manasse. 18 U oħtu kienet Ħammoleket. Din wildet lil Isħod, Abi-għeżer,+ u Maħla. 19 U wlied Semida kienu Aħijan, Sikem, Likħi, u Anigħam.
20 U wlied Efrajm:+ Sutelaħ;+ Bered, ibnu; Taħat, ibnu; Elegħada, ibnu; Taħat, ibnu; 21 Żabad, ibnu; Sutelaħ, ibnu; Għeżer, u Elegħad. U l-irġiel taʼ Gad+ li twieldu fil-pajjiż qatluhom għaliex niżlu jiħdulhom il-bhejjem tagħhom. 22 U missierhom Efrajm għamel il-vistu għal ħafna jiem,+ u ħutu baqgħu ġejjin biex ifarrġuh. 23 Wara kellu x’jaqsam maʼ martu, u b’hekk din ħarġet tqila+ u wildet iben. Imma hu semmieh Berija,* għaliex wilditu fi żmien meta kien hemm il-gwaj+ f’daru. 24 U bintu kienet Segħera, u din bniet Bet-ħoron,+ t’isfel+ u taʼ fuq,+ u Użżen-segħera. 25 U kien hemm Refaħ, ibnu; u Resef, u Telaħ, ibnu; Taħan, ibnu; 26 Lagħdan, ibnu; Għammiħud, ibnu; Elisama, ibnu; 27 Nun,+ ibnu; u Ġeħosugħa,+ ibnu.
28 U l-wirt u l-postijiet tagħhom fejn jgħammru kienu Betel+ u l-bliet li jiddependu minnha u, lejn il-lvant, Nagħran+ u, lejn il-punent, Geżer+ u l-bliet li jiddependu minnha, u Sikem+ u l-bliet li jiddependu minnha dritt sa Gaża u l-bliet li jiddependu minnha; 29 u maġenb ulied Manasse Bet-segħan+ u l-bliet li jiddependu minnha, Tagħnak+ u l-bliet li jiddependu minnha, Megiddo+ u l-bliet li jiddependu minnha, u Dor+ u l-bliet li jiddependu minnha. F’dawn għammru wlied Ġużeppi,+ bin Israel.
30 Ulied Aser+ kienu Imnaħ,+ Iswa, Iswi,+ u Berija;+ u Seraħ kienet oħthom. 31 U wlied Berija kienu Ħeber u Malkijel, li kien missier Birżajt. 32 U Ħeber nissel lil Ġaflet, Somer,* u Ħotam, u lil oħthom Sugħa. 33 U wlied Ġaflet kienu Pasak, Bimħal, u Għaswat. Dawn kienu wlied Ġaflet. 34 U wlied Semer kienu Aħi, Roħga, Ġeħubba, u Aram. 35 U wlied Ħelem, ħuh, kienu Sofaħ, Imna, Seles, u Għamal. 36 Ulied Sofaħ kienu Suwa, Ħarnefer, Sugħal, Beri, Imrah, 37 Beser, Ħod, Samma, Silsa, Itran, u Begħera. 38 U wlied Ġeter kienu Ġefunne, Pispa, u Ara. 39 U wlied Ulla kienu Araħ, Ħannijel, u Risja. 40 Dawn kollha kienu wlied Aser, kapijiet+ tad-dar tal-missirijiet, irġiel magħżulin, qalbenin,+ u setgħanin, kapijiet tal-kapijiet ewlenin; u r-reġistrazzjoni tal-linja ġenealoġika+ tagħhom kienet fl-armata fil-gwerra. L-għadd tagħhom kien sitta u għoxrin elf raġel.+